Il-gvern se jissellef €1.7 biljun dis-sena

Read in English.

Il-Ministru tal-Finanzi għadu kif ħabbar il-pjanijiet tiegħu biex fl-2024 jissellef madwar €1.7 biljun ħalli jagħmlu tajjeb għall-infiq qawwi eżaġerat u d-defiċit rikorrenti.

Id-dipendenza kontinwa fuq is-self, minkejja l-prestazzjoni ekonomija li għadha tidderieġi lill-pajjiż lejn tnaqqis fid-defiċit minflok li jibqa’ għaddej kif inhu, saret il-karatteristika ewlenija tal-finanzi tal-gvern minn mindu Robert Abela sar prim ministru fl-2020.

L-aħħar pjan tas-self imħabbar mill-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana kif obbligat bil-liġi jiddikjara se jkompli jiżdied l-ammont tad-dejn tal-pajjiż, dejn li skont l-aħħar statistika qorob lejn l-€10 biljun.

Filwaqt li l-gvern se jissellef xi €500 miljun bl-istokks tal-gvern biex ikun jista’ jħallas stokks tal-passat li se jimmaturaw din is-sena, ħafna mis-self il-ġdid – €1 biljun – se jintuża biex jimla t-toqob tal-baġit tas-sena l-oħra. U dan mistenni jkompli jżid mal-muntanja tad-dejn li għandu l-pajjiż.

Il-gvern qal li l-bqija tad-dejn, xi €200 miljun hemm bżonnu għal “akkwisti tal-ekwità” u ma ta l-ebda dettall ieħor.

Aktarx uħud mill-flejjes se jmorru għal-linja tal-ajru l-ġdida – il-KM Malta Airways – li teħtieġ injezzjoni finanzjarja ġdida wara li l-linja tal-ajru ta’ qabel, l-Air Malta, falliet minħabba telf li jlaħħaq il-mijiet tal-miljuni tal-ewro

L-aħħar self imħabbar se jkompli jżid il-livelli tad-dejn u tad-defiċit tal-pajjiż, u għalhekk Malta qed tirriskja li tkun l-ewwel Stat Membru tal-UE li jispiċċa fuq il-mekanniżmu tas-sorveljanza tal-UE, magħruf aħjar bħala l-Proċedura ta’ Defiċit Eċċessiv.

Wara li dan il-mekkaniżmu tad-dixxiplina fiskali kien ġie sospiż tul il-pandemija tal-COVID-19, din is-sena se jkunu qed jiddaħħlu fis-seħħ għadd ta’ regoli ġodda. Dawn ir-regoli jeżiġu li l-pajjiżi li għandhom defiċits eċċessivi li jaqbżu t-3% tal-GDP, bħal Malta, iridu jrażżnu l-infiq tagħhom u jnaqqsu d-defiċits kull sena.

Filwaqt li sal-2019, Malta kienet qed tirreġistra surplus żgħir fil-baġit annwali tagħha, li kien qed inaqqas xi daqsxejn il-livell tad-dejn akkumulat, mill-2020 sal-lum pajjiżna tilef il-kontroll u kull sena qed jirreġistra defiċits rekord li jaqbżu l-€1 biljun/sena.

Sign up to our newsletter

Stay in the know

Get special updates directly in your inbox
Don't worry we do not spam
Subscribe
Notify of
guest

0 Comments
Oldest
Newest Most Voted
Inline Feedbacks
View all comments

Related Stories

L-avukati difensuri ta’ Muscat kienu fost il-mistednin il-Barbados
Read in English. The Shift hu infurmat li Etienne
Il-‘mentor’ jirdoppjalu l-paga lil Luke Dalli
Read in English. Iċ-Chairman tal-Kunsill Malti għall-Arti, Albert Marshall,

Our Awards and Media Partners

Award logo Award logo Award logo