Christian Borg, akkużat bi ħtif, lest biex jirbaħ kuntratt biex lill-ġudikatura jipprovdilhom il-karozzi

Read this article in English here.

L-imħallfin u l-maġistrati kollha ta’ Malta dalwaqt se jibdew isuquhom f’karozzi propjetà ta’ Christian Borg, in-negozjant tal-karozzi u l-ħabib kbir tal-Prim Ministru Robert Abela. Bħalissa Borg qed jiffaċċa akkuża ta’ ħtif, u l-pulizija qed jinvestigawh dwar it-tmexxija tad-droga u l-ħasil tal-flus.

The Shift saret taf li l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qorti, l-entità li tamministra l-qorti, lil Princess Operations Ltd dalwaqt se tagħtiha kuntratt jiswa żewġ miljun Ewro u nofs għall-kiri ta’ 48 karozza hybrid plug-in, biex jintużaw mill-ġudikatura u l-familji tagħhom għal dawn il-ħames snin li ġejjin.

It-tender ħareġ f’Mejju li għadda u applikaw tlett kumpanniji biex lill-ġudikatura jipprovdulhom il-karozzi. Il-valur fis-suq ta’ dan il-kuntratt, il-qorti stmatu li huwa tlett miljun Ewro punt wieħed, imma Pricess Operations, il-kumpannija ta’ Borg, issottomettiet offerta tiswa żewġ miljun Ewro u nofs. B’hekk qiegħda f’pożizzjoni vantaġġuża biex tirbaħ it-tender.

Lil The Shift, sorsi fil-qorti qalulha li t-tender għadu qed jiġi evalwat, imma “aktarx li dalwaqt il-karozzi tal-imħallfin ikunu propjetà  tal-allegat kriminal akkużat”.

“Diversi huma l-membri tal-ġudikatura li m’huma kuntenti xejn b’din is-sitwazzjoni u qed jagħmlu ħilithom biex din l-assurdità jwaqqfuha”. Hekk qalulna dawn is-sorsi. Lil Princess Operations ħallewha tipparteċipa fit-tender li ħareġ ix-xahar li għadda, minkejja li sidha, Borg, qed jiffaċċa akkużi kriminali serji.

Wara li f’Jannar li għadda, Borg tressaq il-qorti, irreżenja minn direttur tal-kumpanniji tiegħu u minfloku poġġa lil Joe Camenzuli, li hu midħla sew tal-Labour u l-fotografu uffiċjali tal-Partit.

Apparti l-akkużi ta’ ħtif, jingħad li Borg qed jinvestigawh dwar inizjattivi varji allegatament kriminali li jinkludu t-tqassim tad-droga u l-ħasil tal-flus. Għandu 29 sena u u l-assi personali tiegħu diġà jleħħqu l-miljuni ta’ Ewro.

Fl-2015 kien ikkundannat talli bagħbas il-pjanċi tal-liċenzja tal-karozzi, u s-sena l-oħra talli ħa ġurament falz.

B’dan kollu, il-kumpanniji tiegħu li kienu jinkludu l-konċessjoni tal-kiri tal-karozzi ‘Goldcar’ u dik ta’ ‘Sicily by Car’, ħadu kuntratti tal-gvern kif ukoll direct orders li jiswew il-miljuni ta’ Ewro, b’mod partikolari minn Transport Malta u mill-aġenzija tal-wardens tat-traffiku, il-LESA.

Wara li ttella’ l-qorti, irriżulta li Borg kien wieħed mill-klijenti tal-Prim Ministru Robert Abela; u dan il-kriminal, lil Abela jqisu wieħed mill-aħjar ħbieb tiegħu.

Sar magħruf ukoll li Abela daħal għal biċċa negozju ma’ dan l-istess kriminal fuq biċċa propjetà Ħaż-Żabbar: bis-saħħa ta’ dan in-negozju l-prim ministru qala’ €45,000. Din il-biċċa negozju saret meta Abela kien għadu l-konsulent legali tal-Awtorità tal-Ippjanar, u qatt ma spjega l-għala kien daħal għaliha. Lil The Shift xi sorsi qalulha li apparti l-iskandlu li jinvolvi membri tal-ġudikatura misjuqa f’karozzi ta’ allegat kriminal –  “xi ħaġa li barra minn Malta normalment hija assoċjata mal-Mafja”, it-tender imur kontra l-politika tal-gvern dwar l-ambjent.

Il-ġimgħa l-oħra l-Ministru Miriam Dalli qalet li mhux se jingħataw iktar sussidji għall-karozzi hybrid plug-in, għax dawk il-karozzi biss li ma jaħdmux ħlief bl-elettriku jistgħu jgħinuna nkomplu nnaqqsu l-emissjonijiet biex Malta tkun tista’ taffronta l-isfida tal-bidla fil-klima.

B’dan kollu, minkejja din id-dikjarazzjoni tal-politika tal-gvern, din l-istess amministrazzjoni bi ħsiebha tonfoq mill-inqas żewġ miljun Ewro u nofs fuq karozzi li ma jirrispettawx il-politika tagħha favur l-ambjent.

                           

Sign up to our newsletter

Stay in the know

Get special updates directly in your inbox
Don't worry we do not spam
                           
                               
Subscribe
Notify of
guest

0 Comments
Oldest
Newest Most Voted
Inline Feedbacks
View all comments

Related Stories

Robert Abela kompromess u ma jistax jieħu passi fuq l-iskandlu tal-mara tal-ministru
Read in English. Is-sejbiet ta’ kundanna li ħarġu mill-investigazzjoni
ESKLUSSIVA Villa Rosa: il-gvern biegħ mogħdija ta’ €3 miljun lil Tal-Franciz għal €134,000
Read in English. The Shift jista’ jiżvela b’mod esklussiv

Our Awards and Media Partners

Award logo Award logo Award logo