Deo Scerri jirriżenja mill-kumpanija tas-self mhux performattiv wara ftehim kontroversjali

Read in English.

Deo Scerri, l-eks chairman tal-BOV li s-sena l-oħra aċċetta rwol konsultattiv mal-kumpanija privata li xtrat b’mod kontroversjali portafoll multimiljunarju ta’ selfiet mhux performattivi (NPLs) mingħand il-Bank of Valletta, għadu kif irriżenja.

Scerri, ta’ 67 sena, xejjen l-ispekulazzjonijiet relatati mat-tluq tiegħu minn mal-kumpanija, u ddikjara li dan kien biss wara deċiżjoni personali biex inaqqas l-impenji tiegħu.

“Nassigurakom li m’hemm xejn mhux f’loku wara r-riżenja tiegħi. Hi biss deċiżjoni personali li ħadt biex innaqqas. Jien issa m’għadnix t’għoxrin sena u ddeċidejt li wasal iż-żmien li nnaqqas ix-xogħol,” qal Scerri lil The Shift.

Filwaqt li saħaq li r-rwol tiegħu fil-kumpanija kien biss wieħed konsultattiv u li ma kellu x’jaqsam xejn mat-tmexxija ta’ kuljum tal-veikolu finanzjarju, hu qal lil The Shift li r-riżenja tiegħu ma kellha x’taqsam xejn mal-prattiċi kummerċjali tal-kumpanija.

“Ma kelli l-ebda nuqqas ta’ qbil mal-kumpanija, u lanqas ma naf b’tilwimiet legali li jaf hemm mad-debituri. It-tluq tiegħi kien biss għażla personali li nnaqqas ix-xogħol,” insista Scerri.

The Shift is-sena l-oħra kien żvela kif il-Bank of Valletta kien iddeċieda li jbigħ uħud mis-700 selfa antika lil 3514 Capital SSC għal €26 miljun, jiġifieri għal stima ta’ kwart tal-valur tagħhom.

Scerri kien iċ-chairman tal-BOV meta l-istess bank iddeċieda li s-selfiet jinbiegħu lill-kumpanija li kien konsulent tagħha meta sar il-ftehim. Madanakollu, hu ċaħad kull akkuża u qal li kellu x’jaqsam xejn mal-akkwist tal-porfafoll tas-self li xtrat dik il-kumpanija.

L-istruttura wara l-kumpanija 3514 Capital.

3514 Capital hija sħubija mmexxija minn Jean Carl Farrugia ta’ DF Advocates, li bħalissa qed jaffaċċja għadd ta’ akkużi kriminali fil-qorti, u Christopher Vella, is-CEO tal-kumpanija tal-konsultenza korporattiva Polymath & Boffin.

Vella hu d-direttur uniku tal-kumpanija Polymath & Boffin imwaqqfa fl-2011 biex tipprovdi konsulenza dwar l-investimenti, u l-uffiċini tagħha fil-Floriana jilqgħu ukoll lill-kumpanija 3514 Capital.

Farrugia u ċertu Kevin Deguara huma s-sħab fundaturi ta’ DF Advocates. Din id-ditta spiċċat fuq l-aħbarijiet wara li kienet involuta f’bosta ftehimiet kontroversjali nnegozjati mill-Partit Laburista fil-gvern, fosthom l-iskandlu tat-tliet sptarijiet, u t-tibdil fiż-żona ta’ Smart City biex tkun tista tinkludi residenzi privati.

The Shift hu infurmat li wħud mid-debituri tal-BOV li s-selfiet tagħhom spiċċaw għand 3514 Capital m’huma kuntenti xejn b’dak il-ftehim u qed itellgħu u jniżżlu jekk jiħdux passi legali.

Il-BOV qatt ma żvela l-valur oriġinali ta’ dan il-portafoll tas-self mhux performattiv li biegħ, stmat għal €100 miljun, iżda l-bank iddefenda dan il-bejgħ u ddikjara li kien jagħmel sens finanzjarju u li l-proċess tiegħu tmexxa b’mod professjonali u trasparenti.

                           

Sign up to our newsletter

Stay in the know

Get special updates directly in your inbox
Don't worry we do not spam
                           
                               
Subscribe
Notify of
guest

0 Comments
Oldest
Newest Most Voted
Inline Feedbacks
View all comments

Related Stories

L-avukati difensuri ta’ Muscat kienu fost il-mistednin il-Barbados
Read in English. The Shift hu infurmat li Etienne
Il-‘mentor’ jirdoppjalu l-paga lil Luke Dalli
Read in English. Iċ-Chairman tal-Kunsill Malti għall-Arti, Albert Marshall,

Our Awards and Media Partners

Award logo Award logo Award logo