Read in English.
L-eks prim ministru diżonorat Joseph Muscat inqabad f’ritratt jitħakkek man-negozjat Amerikan Sovjetiku u eks priġunier, Jacob Arabov.
Dan ir-ritratt qed jintuża biex jippromwovi avveniment imsejjaħ “the billionaire dinner show” (il-pranzu tal-biljunarji). Hu promo li tħejja għat-tnedija tal-club li se ssir fid-19 ta’ Lulju, u Arabov – magħruf bħala “Jacob the Jeweller”, inqabad fir-ritratt madwar mejda bilqiegħda ħdejn Muscat.
Fl-2006, Arabov kien tressaq il-qorti u ammetta l-akkużi kontrih li ffalsifika dokumenti u li kien għamel dikjarazzjonijiet foloz. L-awtoritajiet Amerikani kienu akkużaw lil Arabov u lil oħrajn li kkonfoffaw biex jaħslu l-flus tad-drogi għall-“Black Mafia Family”, ċirku ta’ mafjużi mifruxin madwar Detroit u attivi bejn l-1990 u l-2005: kienu akkużawhom li kkonfoffaw flimkien biex jaħslu madwar $270 miljun li kienu ġejjin mid-drogi.
Dik l-investigazzjoni kienet ħadet seba’ snin u wasslet biex fl-Istati Uniti jitressqu l-qorti aktar minn 100 persuna. Arabov imbagħad, kien ħareġ mill-ħabs fl-2010.
Magħruf ukoll bħala l-“King of Bling”, f’nofs id-disgħinijiet hu kien sar isem popolari fost l-artisti tal-ħipħop u tal-RnB.
Fil-frattemp f’Malta, Muscat ilmenta li ma setax iħallas l-abbonament tiegħu fuq Netflix iżda fl-istess żmien siefer lejn id-Dubaj, filwaqt li martu Michelle taret lejn Zurich ftit ġranet wara li ġimagħtejn ilu ġew ippreżentati l-akkużi kontrih ta’ ħasil tal-flus. Joseph Muscat u bosta oħrajn qed jiġu akkużati f’Malta bil-ħasil tal-flus, bi frodi, bi qligħ frawdulenti u li kkonfoffaw biex jitwettaq reat. Il-prosekuturi talbu li jkun hemm ordni ta’ ffriżar tal-assi ta’ €30 miljun fil-konfront ta’ Muscat.
Dawn l-akkużi nħarġu abbażi tal-konklużjonijiet ta’ inkjesta maġisterjali li stħarrġet ftehim għall-privatizzazzjoni ta’ tliet sptarijiet tal-Maltin u l-Għawdxin li kien ġie nnegozjat u mmaniġġjat mill-gvern ta’ Muscat.
L-aġir ta’ Muscat ġie kkritikat bil-kbir minn bosta veterani Laburisti, fosthom minn Martin Debattista, eks gurnalist fil-midja Laburista u lettur anzjan mal-Università ta’ Malta, li skontu “ir-riżultat elettorali hu rebħa għal-Laburisti rrabjati għal Joseph Muscat [talli] għaddihom biż-żmien u li minn fuq irid joħroġ ta’ hero u jilgħabha tal-vittma wara li kisser il-governanza f’pajjiżna…”
X’jista’ jkun hemm komuni bejn żewġ persuni akkużati bil-ħasil tal-flus? Aktarx fuq hekk bdew jitkellmu bejn xampanja u ieħor.
Issa qed iqum kullhadd xhin l labour mar hazin, qabel kollox kien ok u l gvern kollox tajjeb kien qed jaghmel! U halluna!
Wiehed jista jahseb fejn kienu jmorru il-flus mil-bejgh tac-cittadinanza Maltija. Kull min tisma kien ibiegh ic-cittadinanza Maltija min kapurjuni laburisti u mhumiex