Is-sidien tad-ditta tal-Panama Papers, tant marbuta ma’ Malta, tressqu l-Qorti fuq il-ħasil tal-flus

Read this article in English.

Nhar it-Tnejn li għadda, f’qorti fil-Panama bdew il-proċeduri kontra bosta uffiċjali b’rabta mad-dokumenti tal-Panama Papers – l-iskandlu tal-ħasil tal-flus – li ġew żvelati fl-2016.

Fost is-27 persuna mressqa l-Qorti hemm is-sidien tad-ditta legali fil-Panama, Mossack Fonseca. Din id-ditta kienet fetħet eluf ta’ kumpaniji offshore dubjużi lil bosta klijenti sinjuri, fosthom lill-eks chief of staff diżonorat Keith Schembri u lill-eks ministru diżonorat Konrad Mizzi.

Dan l-iskandlu tal-2016, li ħareġ fil-beraħ xi 11-il miljun dokument finanzjarju, kixef ir-rabtiet ma’ wħud mill-aktar persuni għonja fid-dinja fl-ogħla kurituri tal-poter.

F’Malta, dawn id-dokumenti żvelati tqiesu bħala wieħed mill-fatturi li wasslu għar-riżenji eventwali ta’ Schembri, Mizzi, u tal-eks prim ministru diżonorat Joseph Muscat.

It-Tlieta mbagħad, l-Associated Press irrappurtaw kif wara tmien snin mill-iskandlu, fl-aħħar kienu bdew dawn il-proċeduri fil-qorti u tressqu 27 persuna, fosthom is-sidien Juergen Mossack u Ramón Fonseca, b’rabta mal-iskema tal-korruzzjoni Brażiljana msejħa “Operation Car Wash“.

Filwaqt li Fonseca ma deherx waqt il-proċeduri, skontu minħabba raġunijiet ta’ saħħa, Mossack kien preżenti u ddikjara li “mhuwiex ħati” għall-akkużi kontrih tal-ħasil tal-flus.

Aktar qabel, Fonseca kien qal li d-ditta Panamjana tiegħu – issa magħluqa – ma kellha l-ebda kontroll fuq kif il-klijenti tagħha jużaw il-kumpaniji li kienet tiftaħ għalihom. Flimkien ma’ uffiċjali għoljin, dawn iż-żewġ sidien diġà kienu ġew liberati minn akkużi separati fl-2022 b’rabta mal-kumpanija tal-kostruzzjoni Brażiljana Odebrecht.

Id-ditta Mossack Fonseca kienet fetħet il-kumpaniji shell Tillgate u Hearnville għal Schembri u Mizzi madwar għaxar snin ilu, u ż-żewġ kumpaniji kienu nxtraw fl-2015 permezz tad-ditta Maltija tal-accountants Nexia BT – issa magħluqa – li sidha kien Brian Tonna.

Huma kienu ppjanaw li jirċievu pagamenti mingħand il-kumpaniji 17Black u Macbridge, u s-suspett kien li dawn il-pagamenti kienu tixħim mill-ftehim skandaluż tal-powestation tal-Electrogas.

Eventwalment kien ħareġ li l-kumpanija 17Black kienet tad-direttur tal-Electrogas Yorgen Fenech, li bħalissa qed jiġi akkużat fil-qorti b’rabta mal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia fl-2017.

Il-kumpanija Macbridge kienet tal-kunjata tan-negozjatur Ċiniż tal-Electrogas Chen Cheng.

Flimkien ma’ Tillgate u Hearnville kienet inxtrat kumpanija shell oħra, Egrant Inc. Wara dikjarazzjonijiet li l-kumpanija kienet ta’ Muscat jew ta’ martu Michelle, inkjesta maġisterjali kienet ikkonkludiet fl-2019 li ma setgħet tinstab l-ebda evidenza konklussiva dwar dan.

Minkejja li fl-iskandlu ssemmew politiċi prominenti, l-awtoritajiet Maltin għadhom sal-lum ma ħadu l-ebda azzjoni biex jinvestigaw ir-rabtiet.

Inkjesta pubblika dwar l-assassinju ta’ Caruana Galizia sabet li apparti li ma ħadux passi b’rabta mal-iskandlu, il-ħidma tal-pulizija xxekklet minn Schembri.

Muscat irreżenja bid-diżunur minn prim ministru f’Diċembru 2019 wara pressjoni pubblika qawwija, ftit xhur wara li rreżenjaw Schembri u Mizzi.

Fl-2021, Schembri tressaq il-qorti f’Malta b’rabta ma’ każ tal-ħasil tal-flus li mhuwiex relatat ma’ dan, u li għadu għaddej sal-lum.

Sign up to our newsletter

Stay in the know

Get special updates directly in your inbox
Don't worry we do not spam
Subscribe
Notify of
guest

0 Comments
Oldest
Newest Most Voted
Inline Feedbacks
View all comments

Related Stories

L-avukati difensuri ta’ Muscat kienu fost il-mistednin il-Barbados
Read in English. The Shift hu infurmat li Etienne
Il-‘mentor’ jirdoppjalu l-paga lil Luke Dalli
Read in English. Iċ-Chairman tal-Kunsill Malti għall-Arti, Albert Marshall,

Our Awards and Media Partners

Award logo Award logo Award logo