Il-president tal-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi jtella’ sular ieħor fuq il-blokka fil-Gżira

Read this article in English.

Il-president tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Iżviluppaturi jidher li tella’ sular ieħor fuq il-binja prominenti li għandu max-xatt The Strand tal-Gżira.

Il-kostruzzjoni ta’ din il-blokka kienet approvatha l-Awtorità tal-Ippjanar fl-2018 u skont il-pjanijiet ippreżentati kellhom jinbnew b’kollox għaxar sulari. Madankollu, minn ritratti bis-satellita u riklami online jidher li magħhom inbena sular ieħor u li eventwalment inħareġ biex jinkera bħala spazju għall-uffiċini.

Filwaqt li mhuwiex ċar jekk dak is-sular addizzjonali kienx inbena flimkien mal-bqija tal-binja jew jekk żdiedx aktar tard, l-ewwel riklamar online b’rabta ma’ dak l-ispazju kien ġie ppubblikat f’Novembru 2022.

Meta kkuntattjat bit-telefown, Stivala stqarr li m’għandu l-ebda għarfien dwar illegalitajiet u talab biex il-mistoqsijiet jintbagħtulu bl-email. Madankollu, sal-mument tal-pubblikazzjoni, il-mistoqsijiet mibgħuta bl-email minn The Shift baqgħu ma tweġbux, u dan minkejja li ntbagħtulu bosta tfakkiriet.

L-applikazzjoni quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar għall-hekk imsejjaħ ST Business Centre kienet ġiet approvata f’Ottubru 2016, filwaqt li f’Lulju 2018 ingħata l-permess għal modifiki minuri.

Paragun tal-binja tal-uffiċini bejn il-pjanijiet approvati fuq il-lemin, u l-binja proprja fuq ix-xellug b’sular ieħor.

L-aħħar pjanijiet disponibbli għall-binja (PA3319/18) juru disà livelli fuq għaxar sulari, u li l-ogħla wieħed fosthom jiġi rtirat ‘il ġewwa mill-faċċata tal-binja kif teżiġi l-politika tal-ippjanar ħalli jonqos l-impatt viżiv mit-triq.

Madankollu, filwaqt li l-pjanijiet għall-bejt tal-blokka juru biss spazju għas-servizzi tal-binja, (il-kaxxi tal-ajra kkundizzjonata, eċċ.), jidher li madwarhom inbena sular addizzjonali għall-uffiċini.

Skont riklami online ta’ “uffiċini fil-Livell 11”, jidher li dan is-sular fih xi 180 metru kwadru li qed jiġu offruti għall-kiri għal €160 kuljum, jiġifieri xi €4,500 fix-xahar.

Riklami online tal-ispazju għall-uffiċini fil-ħdax-il sular offrut għall-kiri għal €160 kuljum.

Aktar kmieni The Shift kien irrapporta fuq l-interessi ta’ Stivala fi Triq ix-Xatt, il-medda tat-triq bejn il-Gżira u Tas-Sliema magħrufa bħala The Strand.

Din iż-żona sfat fil-mira ta’ bosta applikazzjonijiet għall-permess biex l-istabbilimenti kummerċjali joħorġu l-imwejjed fuq il-bankini pubbliċi, u bosta minn dawn l-applikazzjoni ġew ippreżentati minn Stivala.

L-applikazzjonijiet approvati lkoll huma relatati ma’ żoni fl-apert li jservu l-bosta interessi kummerċjali tal-Grupp Stivala f’dawn l-inħawi, fosthom il-Bayview Hotel u s-Sliema Hotel.

Sign up to our newsletter

Stay in the know

Get special updates directly in your inbox
Don't worry we do not spam
Subscribe
Notify of
guest

0 Comments
Oldest
Newest Most Voted
Inline Feedbacks
View all comments

Related Stories

L-avukati difensuri ta’ Muscat kienu fost il-mistednin il-Barbados
Read in English. The Shift hu infurmat li Etienne
Il-‘mentor’ jirdoppjalu l-paga lil Luke Dalli
Read in English. Iċ-Chairman tal-Kunsill Malti għall-Arti, Albert Marshall,

Our Awards and Media Partners

Award logo Award logo Award logo