Cassola jikkritika bl-aħrax żjara “partiġġjana” fi skola, u jitlob investigazzjoni mill-ombudsman

Iż-żjara tal-kandidat Laburista għal MEP hi l-aħħar fost attivitajiet "partiġġjani" li saru fl-iskejjel pubbliċi u li diġà rrapporta dwarhom The Shift.

 

Read this article in English.

L-Uffiċċju tal-Ombudsman għadu kif intalab jinvestiga żjara li għamel kandidat Laburista għall-elezzjoni tal-MEPs fi skola primarja Għawdxija wara li dehru bosta ritratti online li ħolqu ċertu tħassib ta’ partiġġjaniżmu.

Fl-għodwa tal-Erbgħa, il-politiku indipendenti Arnold Cassola kiteb ittra lill-Kummissarju tal-Edukazzjoni fl-Uffiċċju tal-Ombudsman Vincent De Gaetano u lill-Ministru tal-Edukazzjoni Clifton Grima, u fiha sejjaħ l-aġir ta’ Grima bħala wieħed “inaċċettabbli”.

Cassola kiteb li meta kandidat għal MEP tħalla jżur skola f’Għawdex, Grima ppermetta imġiba partiġġjana li tiffavorixxi lill-Partit Laburista, minkejja li jħanbaq kontra ż-żjarat tal-politiċi fl-iskejjel.

Din l-ittra qed tirreferi għal żjara fi skola li għamel il-kandidat Laburista Thomas Bajada t-Tlieta li għadda, u li r-ritratti tagħha xeħithom fuq Facebook Bajada stess filwaqt li spjega li dik iż-żjara saret “biex jiddiskuti l-aċċessibbiltà għall-fondi tal-UE għall-benefiċċju tat-tfal Għawdxin.”

Fl-ittra tiegħu Cassola appella lill-Ministru Grima biex ma jippermettix li l-istudenti u l-edukaturi “jintużaw għal skopijiet partiġġjani”, u talab lill-Kummissarju De Gaetano biex “iniedi investigazzjoni dwar dan l-aġir inaċċettabbli”.

Iż-żjara ta’ Bajada kienet imxerrda fuq Facebook, kemm minn Bajada nnifsu u anki mill-paġna tal-iskola primarja tal-Gozo College Roza Magro fix-Xewkija. Madankollu issa qed jidher li din il-post fil-frattemp tneħħiet minn fuq il-paġna tal-iskola.

Skola Għawdxija tippromwovi żjara “partiġġjana” fuq Facebook  –  post li fil-frattemp tneħħiet.

The Shift kemm-il darba rrapporta każijiet simili fil-passat meta l-Partit Laburista uża binjiet tal-iskejjel pubbliċi biex jorganizza avvenimenti ta’ kampanji partiġġjani.

U issa li fl-aħħar xhur bdiet il-ġirja għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-Partit Laburista qed juża swali u teatri ta’ skejjel tal-gvern biex ikun jista’ jlaqqa’ fihom l-attivitajiet politiċi li jorganizza l-Ħadd filgħodu.

Bosta impjegati tal-iskejjel u ġenituri diġà wrew it-tħassib tagħhom dwar dan, wara li kkonfermaw minn tal-inqas żewġ avvenimenti partiġġjani li ġew organizzati fi skejjel pubbliċi, wieħed f’Ħal Kirkop u wieħed fil-Qawra.

Wara l-ittra ta’ Cassola, issa l-Kummissarju De Gaetano hu mistenni jinvestiga ż-żjarat fl-iskejjel u joħroġ ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu dwar din il-kwistjoni.

Sign up to our newsletter

Stay in the know

Get special updates directly in your inbox
Don't worry we do not spam
Subscribe
Notify of
guest

1 Comment
Oldest
Newest Most Voted
Inline Feedbacks
View all comments
Joseph
Joseph
8 months ago

Ghar-ritratti hadt ma jaqlaghhom. Ghax xoghol imbaghad kollha jizolqu minnu. Ara il-haddiema tac-civil kollha jitilqu fil-hdax ta’filoghodu qas tghid da nofsinhar. Mela. qas misthija ma fadlilhom.

Related Stories

L-avukati difensuri ta’ Muscat kienu fost il-mistednin il-Barbados
Read in English. The Shift hu infurmat li Etienne
Il-‘mentor’ jirdoppjalu l-paga lil Luke Dalli
Read in English. Iċ-Chairman tal-Kunsill Malti għall-Arti, Albert Marshall,

Our Awards and Media Partners

Award logo Award logo Award logo