Żieda ta’ €90,000 lill-Kummissarju tal-Films Johann Grech minkejja l-iskandli

Grech jaqla' iżjed minn €12,500 fix-xahar.

 

Read in English.

Il-Prim Ministru Robert Abela għadu kif żied il-pakkett finanzjarju annwali tal-Kummissarju tal-Films Johann Grech b’€90,000, għal €150,000 fis-sena, kważi l-paga ta’ ministru għal tliet darbiet.

Għal bosta snin, il-gvern ma riedx jiżvela l-kuntratti tal-ingaġġ ta’ Grech, iżda l-kuntratt il-ġdid tiegħu ffirmat fl-2023 għall-erba’ snin ta’ wara u li wasal f’idejn The Shift permezz ta’ talba tal-libertà tal-informazzjoni (FOI), joħroġ fid-dieher pakkett ta’ iżjed minn €150,000 fis-sena. Għalhekk joħroġ fid-dieher ukoll żieda ta’ €90,000 fuq il-pakkett ta’ qablu, għax skont tweġiba parlamentari fl-2020, hu kien qed jaqla’ €60,000 fis-sena dak iż-żmien.

Il-kuntratt il-ġdid li ngħata jsemmi li apparti s-salarju bażiku ta’ €115,000 fis-sena, Grech jingħata €11,500 bħala “disturbance allowance”, €10,000 għall-ispejjeż, karozza mħallsa b’kollox u mobile phone, li jakkumulaw pakkett finanzjarju annwali ta’ iżjed minn €12,500 fix-xahar.

Il-kuntratt mogħti lil Grech isemmi wkoll li hu intitolat għal rimborż tal-ispejjeż kollha barra minn pajjiż, fosthom l-ispejjeż biex jospita l-mistednin tiegħu, tal-akkomodazzjoni, u l-ħlasijiet ta’ tariffi mhux magħrufa għal sħubijiet f’assoċjazzjonijiet u għaqdiet relatati mal-industrija tal-films.

Awwissu 2023: Ftit żmien wara li kien għadu kif nefaq il-miljuni fuq festival, Grech jingħata kuntratt ġdid b’żieda ta’ €90,000 fis-sena.

Grech, li sal-2013 kien impjegat ma’ kumpanija żgħira Għawdxija tal-marketing, kien inħatar uffiċjal ewlieni tal-marketing għall-eks prim ministru diżonorat Joseph Muscat.

Imbagħad fl-2015, hu kien inħatar Kummissarju tal-Films u dan minkejja l-esperjenza limitata tiegħu fis-settur.

L-aħħar sitt snin tiegħu fil-kariga kienu miżgħuda deċiżjonijiet kontroversajli li berbqu l-miljuni tal-ewro b’direct orders fuq avvenimenti ekstravaganti bla bżonn, li wħud minnhom saru għall-benefiċċju tal-PR tal-Partit Laburista fi żminijiet kritiċi lejliet kampanja elettorali.

Dan l-aħħar, ġie żvelat ukoll li fl-2022 – is-sena tal-elezzjoni – Grech kien nefaq €120,000 biex iqabbad lill-kummidjant Ingliż David Walliams jippreżenza ċ-ċerimonja tlellex tal-għoti tal-awards tal-films.

Il-gvern ftit li xejn ipprova jwaqqaf it-tberbiq ta’ Grech, inkluż in-nefqa li taqbeż is-€600,000 fuq is-safar, il-miljuni stmati li ntefqu għal dik is-serata tal-Malta Film Awards fl-2022, u l-infiq għall-Festival tal-Films Mediterrane fl-2023, fost il-bosta avvenimenti grandjużi.

Barra minn hekk, lill-produtturi tal-film Gladiator allokalhom rifużjoni mit-taxxa u inċentivi bla preċedent ta’ €47 miljun, u dan filwaqt li rrabja lil bosta mill-industrija tal-films lokali u barranija.

Filwaqt li l-Ministru tat-Turiżmu Clayton Bartolo pprova jiġġustifika l-infiq axxellerat ta’ Grech bħala “investiment” fl-ekonomija Maltija, hu baqa’ ma jridx jippubblika l-istudju li ddikjara li għal kull ewro li jonfoq Grech, Malta kienet qed tieħu tlieta.

Sign up to our newsletter

Stay in the know

Get special updates directly in your inbox
Don't worry we do not spam
Subscribe
Notify of
guest

1 Comment
Oldest
Newest Most Voted
Inline Feedbacks
View all comments
carmelo borg
10 months ago

İNFİEQ BLA RAZAN MİN FLUS İL POPOLİN U XEHHA ZEJDA BİEX JAGHTİ ZİEDA LİT TEACHERS U LİN NURSE ETC.
KİF İMMORRU JORQDU RASHOM MİSTRİHA?

Related Stories

L-avukati difensuri ta’ Muscat kienu fost il-mistednin il-Barbados
Read in English. The Shift hu infurmat li Etienne
Il-‘mentor’ jirdoppjalu l-paga lil Luke Dalli
Read in English. Iċ-Chairman tal-Kunsill Malti għall-Arti, Albert Marshall,

Our Awards and Media Partners

Award logo Award logo Award logo