L-ambaxxatur tal-kultura bbażat f’Londra ma jgħid xejn dwar it-tieni xogħol ikkummisjonat tal-MICAS

Il-gallarija tal-arti tiegħu tbigħ bosta xogħlijiet ta' artisti magħżula

 

Read in English.

Id-disinjatur Għawdxi Francis Sultana, maħtur fl-2018 mill-eks prim ministru diżonorat Joseph Muscat bħala l-Ambaxxatur Malti għall-Kultura ma weġibx il-mistoqsijiet dwar jekk hemmx xi konnessjoni bejn ix-xogħol tal-arti kkummissjonat mingħand artista Amerikana u l-professjoni tiegħu bħala negozjant tal-arti.

Wara li fl-2019 ikkummissjona statwa tal-MICAS li tiswa €500,000 mingħand l-iskultur Żvizzeru Ugo Rondinone, The Shift ġie infurmat li Sultana kien ukoll l-moħħ wara l-aħħar akkwist tal-MICAS, l-hekk imsejħa ‘The Palm Goddess for Malta”, xogħol l-artista Amerikana Michele Oka Doner.

Filwaqt li, skont il-Ministru tal-Kultura Owen Bonnici, l-istatwa l-kbira tal-bronż “ġiet mislufa” lill-gvern Malti “mingħajr ħlas” għal għaxar snin, il-gvern intrabat li jpoġġiha f’post prominenti fil-Belt Vallerra – b’hekk iżżid il-valur tagħha – u li jħallas l-ispejjeż kollha relatati mat-trasport, l-assigurazzjoni u s-sigurtà.

L-istatwa ‘The Palm Goddess for Malta’ imqiegħda fil-qalba tal-Belt Valletta.

Barra minn hekk, skont il-kuntratt tas-self, iffirmat minn Noel Zammit f’isem Heritage Malta, kull introjtu kummerċjali mill-biċċa tal-arti jrid jinqasam mal-artista Amerikana.

Francis Sultana jaħdem bħala s-CEO tal-gallarija tal-arti David Gill Gallery f’Londra, proprjetà tas-sieħeb tiegħu, David Gill.

Fost ix-xogħlijiet tal-arti li tbigħ u tinnegozja l-gallarija tal-arti tiegħu hemm xogħlijiet tal-aħħar artista kkummissjona tal-MICAS, Oka Doner.

Sultana qed jippromwovi l-arti ta’ Oka Doner fil-gallarija tiegħu

Sultana hu persuna ewlenija fil-MICAS – l-Ispazju tal-Arti Kontemporanja Internazzjonali ta’ Malta – proġett li sal-lum għadu ma tlestiex, u dan minkejja li d-data tat-tlestija tiegħu ilha snin li għaddiet.

The Shift staqsa lil Sultana biex jispjega r-rabtiet personali u kummerċjali tiegħu mal-artista magħżula u jekk kienx hu li ħa l-inizjattiva, bħal fil-każ ta’ Rondinone, li jlaqqagħhom mal-MICAS u maċ-Chairperson tiegħu, Phyllis Muscat.

The Shift staqsa wkoll lil Sultana jekk kienx iddikjara l-kunflitt ta’ interess potenzjali tiegħu bħala membru tal-Bord tal-MICAS maħtur mill-gvern u tal-Kumitat Kreattiv tiegħu. Iżda Sultana baqa’ ma weġibx il-mistoqsijiet ta’ The Shift, u dan minkejja l-bosta tfakkiriet bl-email.

Anki ċ-Chairperson tal-MICAS maħtura mill-gvern, Phyllis Muscat, naqset milli tagħti dettalji meta ġiet ikkuntattjata minn The Shift.

Iċ-Chair tal-MICAS maħtura mill-gvern, Phyllis Muscat

Bħala l-Ambaxxatur Malti għall-Kultura u membru tal-bord tal-MICAS, Sultana ma jirċevix ħlas.

Sultana rnexxielu jibni reputazzjoni internazzjonali fid-dinja tal-arti u tal-għamara u jagħti servizzi professjonali lil persuni sinjuruni madwar id-dinja dwar id-dekor tad-djar u r-rinovazzjonijiet, inkluż l-akkwist tal-biċċiet tal-arti.

Permezz tan-negozju tiegħu, hu jaqsam il-kummissjonijiet fuq il-bejgħ tax-xogħlijiet tal-arti li jirnexxilu jikkonkludi.

Il-MICAS ma ħareġ l-ebda sejħa pubblika għal xogħlijiet artistiċi qabel ikkummissjona lill-artisti Ugo Rondinone u Michele Oka Doner.

Sign up to our newsletter

Stay in the know

Get special updates directly in your inbox
Don't worry we do not spam
Subscribe
Notify of
guest

0 Comments
Oldest
Newest Most Voted
Inline Feedbacks
View all comments

Related Stories

L-avukati difensuri ta’ Muscat kienu fost il-mistednin il-Barbados
Read in English. The Shift hu infurmat li Etienne
Il-‘mentor’ jirdoppjalu l-paga lil Luke Dalli
Read in English. Iċ-Chairman tal-Kunsill Malti għall-Arti, Albert Marshall,

Our Awards and Media Partners

Award logo Award logo Award logo