Ħaddiem minn kull sitta f’Malta jaqilgħu sa €1,000 fix-xahar

Wieħed minn kull sitt ħaddiema f’Malta jaqilgħu inqas minn €1,000 fix-xahar, u aktar minn 2,300 ħaddiem full-time jaqilgħu l-paga minima ta’ €835 biss fix-xahar skont statistika li ħarġet minn sensiela ta’ tweġibiet għal mistoqsijiet parlamentari matul il-ġimgħa l-oħra.

Filwaqt li ċ-ċifri għall-pagi bejn Jannar u Marzu ta’ din is-sena juru medja ta’ €1,848 fix-xahar, il-paga medjana, jiġifieri stima li hi inqas sensittiva għad-dejta fuq iż-żewġ estremitajiet, kienet €1,582 fix-xahar biss.

L-istatistika ħarġet peress li qed jiżdied it-tħassib dwar l-għoli tal-ħajja u l-inflazzjoni. Dawn iċ-ċifri dejjem jiżdiedu jaffettwaw b’mod sproporzjonat lil dawk il-persuni fil-faxxa t’isfel tal-pagi u jolqtu porzjon dejjem akbar tal-popolazzjoni Maltija.

Iċ-ċifri mogħtija mill-Ministeru għall-Finanzi Clyde Caruana l-ġimgħa l-oħra bi tweġiba għal għadd ta’ mistoqsijiet parlamentari mid-Deputat Nazzjonalista Graziella Attard Previ f’Ġunju li għadda nkisbu mill-Istħarriġ dwar il-Forza tax-Xogħol tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO).

Caruana qal li s-sena l-oħra kien hemm 47,412-il ħaddiem impjegat full-time u part-time li kienu qed jaqilgħu inqas minn €1,000. Għalkemm l-ammont ma jinkludix is-sahra, il-bonuses u l-perkaċċi, dan jirrappreżenta lil wieħed minn kull sitt persuni fil-forza tax-xogħol Maltija li tħaddem 290,955 persuna.

Fi tweġiba għal mistoqsija oħra ta’ Attard Previ, Caruana qal li bħalissa hemm 2,372 ħaddiem full-time li qed jitħallsu l-paga minima, jiġifieri €193 fil-ġimgħa bħalissa, madwar €835 fix-xahar jew xi €10,000 fis-sena.

Caruana qal ukoll li l-paga nazzjonali medjana għall-ewwel kwart finanzjarju tal-2023 kienet €1,582 fix-xahar, jiġifieri xi €19,000 fis-sena.

Minn studju ieħor tal-NSO ta’ Lulju li għadda jidher li l-limitu tar-riskju tal-faqar hu madwar €11,000 fis-sena u li xi 86,000 persuna jinsabu f’dan ir-riskju tal-faqar, jiġifieri kważi 17% tal-popolazzjoni Maltija.

L-ekonomija Maltija tistrieħ bil-kbir fuq iċ-cheap labour u timpjega ħaddiema barranin li statistikament jinsabu aktar fir-riskju tal-faqar. Filwaqt li l-Prim Ministru Robert Abela kien wiegħed li l-gvern se jnaqqas l-għadd ta’ ħaddiema barranin, l-isplużjoni f’daqqa tal-impjiegi mħallsa biċ-ċiċri baqgħet fuq l-ixkaffa.

Is-sena l-oħra, bosta ilħna prominenti relatati mal-oqsma tal-faqar, tas-saħħa mentali u t-tradeunioniżmu qalu lil The Shift li apparti r-riskji tal-faqar, il-pagi baxxi jibqgħu waħda mir-raġunijiet ewlenin għalfejn il-ħaddiema full-time ibatu minn stress mentali kkaġunat mit-taħbit kontinwu tagħhom biex ilaħħqu mal-ħajja.

Il-pagi baxxi f’Malta jikkontribwixxu biex is-suq tal-proprjetà jsir ndejjem inqas affordabbli u bosta kwistjonijiet oħra relatati mal-għoli tal-ħajja, speċjalment iż-żidiet fil-prezzijiet tal-bżonnijiet ta’ kuljum bħall-ikel.

Sign up to our newsletter

Stay in the know

Get special updates directly in your inbox
Don't worry we do not spam
Subscribe
Notify of
guest

0 Comments
Oldest
Newest Most Voted
Inline Feedbacks
View all comments

Related Stories

L-avukati difensuri ta’ Muscat kienu fost il-mistednin il-Barbados
Read in English. The Shift hu infurmat li Etienne
Il-‘mentor’ jirdoppjalu l-paga lil Luke Dalli
Read in English. Iċ-Chairman tal-Kunsill Malti għall-Arti, Albert Marshall,

Our Awards and Media Partners

Award logo Award logo Award logo