‘Ikkoreġa’ dejta finanzjarja wara li l-gvern estenda s-sejħa għall-offerti tal-Evans

Jaf ma kinux se jkunu eliġibbli qabel saret il-'korrezzjoni'.

 

Il-Malta Business Registry juri korrezzjonijiet fil-kontijiet ippubblikati li saru l-għada tal-estensjoni tas-sejħa għall-offerti tal-Evans mill-OPM.

Ix-xahar l-ieħor, Attard bidel ukoll isem il-kumpanija tiegħu involuta fis-sejħa għall-offerti.

Minflok Katari Holdings, il-kumpanija sar jisimha Plan Property Holdings Ltd, u Attard hu l-uniku azzjonist tagħha.

Saru bidliet ukoll fil-memorandum u fl-artikoli tal-kumpanija, u sar trasferiment tal-ishma li involva aktar investimenti minn Attard.

The Shift ġie aċċertat li l-ebda wieħed mill-offerenti l-oħra li qed jissieltu għal din il-konċessjoni ma għamel bidliet fil-kontijiet tiegħu u f’dejta oħra direttament qabel jew wara li tħabbret l-estensjoni.

Meta mistoqsi biex jiddikjara jekk l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, li hu responsabbli mill-proċess tal-evalwazzjoni, kienx jaf li Katari Holdings għamlu xi ‘korrezzjonijiet’, kelliem għall-prim ministru għażel li ma jikkummentax.

Lanqas ma qalilna jekk dik l-estensjoni kinitx intalbet minn Katari jew Attard.

Il-proċess tal-Evans se jieħu fit-tul

Biex ikompli jżid is-suspetti ta’ ndħil politiku f’dan il-proċess tal-għażla li għaddej, il-Prim Ministru Robert Abela għażel lill-Professur Assoċjat tal-Università Saviour Formosa, li jispeċjalizza fil-kriminoloġija, bħala ċ-chairman tal-kumitat kruċjali tal-evalwazzjoni.

Għażel ukoll lis-segretarji permanenti tal-gvern Matthew Vella (mill-Ministeru għall-Edukazzjoni), Sharlo Camilleri (mill-Ministeru għall-Biedja) u Godwin Mifsud (mill-Ministeru għat-Trasport).

L-ebda membru fil-kumitat tal-evalwazzjoni mhu magħruf li għandu xi għarfien espert fis-suġġett ta’ dawn il-proċessi tal-akkwist pubbliku. Fl-istess waqt, il-Ministeri għall-Finanzi, għat-Turiżmu u għall-Ekonomija tħallew barra.

Argument ewlieni ieħor hu li offerta baxxa partikolari li tefa’ l-konsorzju Valletta Luxury, li jinkludi lill-Grupp Decesare tal-Eden Leisure u lil Mark Weingard ta’ Iniala, skont offerenti oħra għandha tiġi skwalifikata għax ma tissodisfax ir-rekwiżiti finanzjarji minimi tas-sejħa għall-offerti.

Filwaqt li l-ogħla offerti finanzjarji tefgħuhom Katari Hospitality (€40.7 miljun) u Iconic Hotels Malta/ Nobu (€39.3 miljun), li fost l-investituri jinvolvu lil Julian u Veronica Zammit Tabona ta’ Arrigo Group, ħafna mill-proċess tal-għażla jistrieħ fuq l-aspett tekniku tal-offerta, u allura jinfetaħ għall-interpretazzjonijiet suġġettivi tal-kumitat tal-evalwazzjoni.

Ċertu lobbying mal-OPM mill-Grupp Seabank ta’ Silvio Debono (€20.9 miljun) u mill-Grupp AX ta’ Anġlu Xeureb (€22.6 miljun) qed jixħet pressjoni fuq il-prim ministru għax it-tnejn qed jargumentaw li għalkemm l-offerti finanzjarji tagħhom huma inqas minn ta’ ħaddieħor, huma superjuri fin-naħa teknika.

Attard, id-dejta finanzjarja u ġrajjiet oħra

Dawn il-prattiki mhux tas-soltu fil-qasam tal-kontabbiltà huma t-tieni eżempju bħal dan fi ftit xhur minn kumpaniji konnessi ma’ Paul Attard.

Ftit tax-xhur ilu, il-Qorti tal-Appell reġġgħet lura deċiżjoni li kien ħa l-gvern biex jagħti kuntratt ta’ €12-il miljun lil Attard għat-tmexxija tal-Isptar Zammit Clapp – istituzzjoni residenzjali pubblika għall-anzjani.

Minkejja l-kriterji finanzjarji stretti msejsa fuq il-kontijiet tal-passat u li abbażi tagħhom il-kumpanija Golden Care ta’ Attard kienet rebħet il-kuntratt, il-kumpanija rivali Care Malta – parti mill-Grupp Vassallo – iddikjarat li l-kumpanija ta’ Attard ma kinitx tissodisfa r-rekwiżiti finanzjarji tas-sejħa għall-offerti.

Meta sfida dan l-għoti tal-kuntratt fil-Qorti, il-Grupp Vassallo rnexxielu jwaqqgħu fl-appell meta l-Qorti ħassret il-kuntratt mogħti lil Attard, talli skont il-Qorti l-gvern kien interpreta ħażin ir-rekwiżiti tas-sejħa għall-offerti favur Golden Care.

Aktar kmieni din is-sena, Attard kien involut ukoll fi skandlu ieħor marbut ma’ art pubblika meta medda ta’ art kbira u ħadra fil-Mellieħa f’daqqa waħda ħarġet għall-bejgħ mill-Awtorità tal-Artijiet, bi klawsola li tiffavorixxi lis-segretarju ġenerali tal-MDA.

Minkejja l-oġġezzjonijiet li kienu saru, l-Awtorità tal-Artijiet xorta waħda tat l-art lil Attard b’termini ferm aktar baxxi meta mqabbla mar-rati fis-suq tal-proprjetà bħalissa.

Attard u sieħbu li kisbu l-art tal-Mellieħa, Paul Vella, magħruf bħala tal-Ballut, issa mistennija jbiddlu l-art fi blokok ta’ appartamenti.

                           

Sign up to our newsletter

Stay in the know

Get special updates directly in your inbox
Don't worry we do not spam
                           
                               
Subscribe
Notify of
guest

0 Comments
Inline Feedbacks
View all comments

Related Stories

L-ebda riforma fil-liġi tal-ippjanar minkejja l-wegħda tal-Prim Ministru sena ilu
Read in English. Issa għaddiet iżjed minn sena minn
Is-Serqa tal-Isptarijiet: wasal il-mument
Read in English. L-eks prim ministru diżonorat Joseph Muscat

Our Awards and Media Partners

Award logo Award logo Award logo