Impjegati ‘pprivileġġati’ tal-PL jagħtuhom l-għajnuna mill-flus tat-taxxi biex jixtru l-ewwel propjetà tagħhom

This article is available in English

Il-prezz jogħla tad-djar, l-inflazzjoni u s-salarji li ma jiżdidux, dan kollu għadma iebsa, speċjalment għaż-żgħażagħ fil-bidu tal-karriera tagħhom li qed jaħsbu biex jixtru l-ewwel propjetà tagħhom. Imma koppja żagħżugħa partikolari, li jixtru l-ewwel dar tagħhom sabuha ħaġa faċli, għallinqas meta tqabbilhom mal-ħbieb u l-kollegi tagħhom.

Dan il-privileġġ, din il-koppja ma tawhulhomx il-ġenituri tagħhom kif jiġri s-soltu, imma għenhom min iħallas it-taxxa, billi nzertaw impjegati tal-Partit Laburista u għandhom konnessjonijiet mill-viċin ma’ membri tal-Kabinett li għandhom ħafna pożizzjonijiet bi ħlas xi jqassmu.

Hemm għadd ta’ impjegati tal-Partit Laburista inkazzati minħabba din l-‘inġustizzja’, għax huma wkoll żgħażagħ li qed jippruvaw ileħħqu mal-prezz tal-propjetà, u lmentaw ma’ The Shift dwar din is-sitwazzjoni.

Qed igorru għax Trischia Falzon, id-deputy head of news fl-istazzjon tat-television ONE tal-partit, flimkien mal-boyfriend tagħha Ronald Vassallo, il-kelliem tal-Partit Laburista, qed ‘jinondawhom’ b’fondi tal-gvern, bis-saħħa ta’ ħatriet pubbliċi dubjużi, waqt li huma mhux qed ikunu ttrattati bl-istess mod.

Trischia Falzon għad għandha 26 sena u ilha taħdem mal-istazzjon tat-television tal-Partit Laburista minn mindu missierha, Frank Zammit, li kien il-bniedem tal-fiduċja tal-ex Ministru Nazzjonalista John Dalli, qaleb għal mal-Labour ftit wara li l-Prim Ministru diżonorat Joseph Muscat ħa l-ħatra fl-2013.

Minkejja l-esperjenza limitata tagħha, Falzon malajr imxiet ‘il quddiem fl-istazzjon tat-television tal-Labour. Dan jista’ jkun dovut għall-fatt li l-parti l-kbira tal-kollegi tagħha telqu mill-istazzjon meta tawhom xogħol imħallas mill-Istat fil-ministeri, fl-aġenziji pubbliċi u fl-Uffiċju tal-Prim Ministru.

Imma Falzon ma tantx batiet il-konsegwenzi talli baqgħet taħdem fl-istazzjon tat-television tal-Partit Laburista.

Fil-fatt, apparti l-promotion li ħadet għal deputy head of news, qed tgawdi wkoll bonuses ta’ ċertu portata li żgur se jgħinuha tħallas lura l-loan ġdida tagħha.

Tawha wkoll ħatra fil-bord tad-diretturi tal-Fondazzjoni għas-Servizzi tas-Social Welfare, qiegħda segretarju tad-Dwejra Steering Committee tal-gvern, kif ukoll tal-bord tal-appell tal-Aġenzija Residence Malta; dawn huma kollha ħatriet li titħallas tagħhom kull xahar. Imma barra minn hekk, aktar kmieni din is-sena, lil Falzon tawha kuntratt biex fil-ħin liberu tagħha, lill-Ministeru tal-Active Aging, tipprovdilu ‘servizzi fil-media soċjali’.

Din il-ħatra, il-kollegi tagħha sejħulha ‘kuntratt fażull’, imma bis-saħħa tagħha, Falzon se taqla’ 10,000 Ewro oħra fis-sena.

Din ir-reporter żagħżugħa, mhux magħruf x’kompetenza għandha biex tiġġestixxi l-media soċjali, u lanqas dan ix-xogħol għall-ministeru fi x’ħin se tagħmlu.

Sadanittant, sieħeb Falzon, Ronald Vassallo li kien reporter mal-ONE, issa għamluh kap tal-komunikazzjoni tal-Partit Laburista, billi l-predeċessuri tiegħu kollha emigraw għal impiegi mħallsa mill-gvern. Minbarra x-xogħol tiegħu fil-Headquarters tal-PL, lil Vassallo għamluh direttur f’isem il-gvern f’żewġ entitajiet tal-Istat: il-Malta Air Traffic Services u l-Housing Maintenance and Embellishment Company Ltd.

Din tal-aħħar hija l-istess kumpannija li kien uża Keith Schembri, l-ex chief of staff tal-prim ministru diżonorat Joseph Muscat, biex lil Melvyn Theuma, is-sensar fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, jagħtih job fantażma.

Imma billi għal Vassallo, dan kollu ma kienx biżżejjed, poġġewh ukoll fil-kumitat tal-European Film Awards, u b’hekk irnexxielu jikseb ħlas ieħor sinifikanti.

Il-kollegi ta’ Vassallo fi ħdan il-Labour stess, lil The Shift infurmawha li qed jitħallas ukoll minn ministeru ieħor bis-saħħa ta’ kuntratt direct order. Imma meta lil Vassallo tlabnih dan jikkonfermahx, baqa’ ma taniex risposta.

Sign up to our newsletter

Stay in the know

Get special updates directly in your inbox
Don't worry we do not spam
Subscribe
Notify of
guest

2 Comments
Oldest
Newest Most Voted
Inline Feedbacks
View all comments
Joseph
Joseph
2 years ago

Tajba ukoll din. Malta gabuha suwed u bojod. Qed tara gahan fejn gibtuh il-pajjiz. Dan abbuz. Min flus il-poplu.

J.S
J.S
2 years ago

Shame shame and more shame!

Related Stories

L-avukati difensuri ta’ Muscat kienu fost il-mistednin il-Barbados
Read in English. The Shift hu infurmat li Etienne
Il-‘mentor’ jirdoppjalu l-paga lil Luke Dalli
Read in English. Iċ-Chairman tal-Kunsill Malti għall-Arti, Albert Marshall,

Our Awards and Media Partners

Award logo Award logo Award logo