Wieħed mill-aġenti ta’ Joseph Muscat li għenu fil-kwistjoni tal-MFA, diġà ilu sena jieħu salarju tal-gvern waqt li qiegħed bis-‘sick leave’

Lil Jesmond Abela, kien l-ex ministru Konrad Mizzi li tah xogħol mal-gvern fi Projects Malta meta Joseph Muscat kien prim ministru.

 

You can read this article in English here

Jesmond Abela huwa t-team manager tal-club tal-football tal-Hibernians, u kien minn ta’ quddiem nett biex jissapportja t-tentattiv tal-ex prim ministru diżonorat Joseph Muscat ħalli jerġa’ lura għall-ħajja pubblika billi jsir il-president tal-assoċjazzjoni Maltija tal-clubs fil-premier league. Fil-fatt kien Muscat innifsu li tah job mal-gvern fl-2017, imma ilu sena ma jidħol għax-xogħol għax jgħid li ma jiflahx. B’dan kollu s-salarju xorta qed jieħdu minn flus il-poplu.

Abela magħruf bħala ‘il-Hutch’ u ilu żmien assoċjat mal-club tal-football ta’ Raħal Ġdid. Imma ilu bis-‘sick leave’ iktar minn sena, għalkemm ma kellu l-ebda problema biex jattendi għall-okkażjonijiet tal-Hibs, fosthom mawra sal-uffiċċju tal-prim ministru biex jiċċelebraw ir-rebħa tal-league.

Abela ngħata x-xogħol fi Projects Plus bħala ‘speċjalista tal-project management’ meta din kienet taħt it-tmexxija politika tal-MP minn Raħal Ġdid, l-ex ministru diżonorat Konrad Mizzi.

Il-pjazza ta’ Raħal Ġdid, fuq il-media soċjali, Abela jsejħilha s-suċċess edukattiv ta’ ħajtu.

Sorsi fi Projects Plus ikkonfermaw li Abela rari jidher ix-xogħol, imma s-salarju sħiħ xorta jiġbdu kull xahar.

Mhux magħruf kif weġġa’, imma meta ma jkunx ix-xogħol, Abela jidher li m’għandu l-ebda problema biex ikompli bix-xogħol impenjattiv u ‘volontarju’ ma’ Hibs FC.

James Camenzuli, is-CEO ta’ Projects Plus, ma weġibx meta staqsewh jekk jikkonfermax Abela għadux impjegat mal-kumpannija, u biex jgħid x’kienet din l-injury li tidher li ilha iktar minn sena ma tħallih imur għax-xogħol.

Camenzuli ukoll huwa bniedem tal-fiduċja ta’ Konrad Mizzi, u ma riedx jikkonferma Abela għadux qed jirċievi s-salarju kollu, minkejja li ilu ma jidħol għax-xogħol għal iktar minn tnax-il xahar.

Lanqas ma ried jgħid Abela x’inhu xogħlu f’din il-kumpannija tal-gvern, u baqa’ ma weġibx ukoll meta staqsewh jekk kienx sar xi xogħol  skont il-pjan tal-2017, biex għall-Hibs, isir pitch ġdid tal-football u tar-rugby f’Kordin.

Abela kien canvasser tal-ex Ministru tal-Public Works Lorry Sant, li kien minn Raħal Ġdid ukoll. Fil-kampanja elettorali li għaddiet, kien il-canvasser ta’ Chris Bonett li kien daħal għall-elezzjoni ta’ president tal-MFA imma kien rebaħlu Bjorn Vassallo.

B’din l-elezzjoni li għadha kemm għaddiet, Muscat issa għandu ċans jikkontesta għall-president tal-MFA s-sena d-dieħla meta għandha ssir l-elezzjoni għal din il-pożizzjoni.

Sorsi fi ħdan il-clubs lokali tal-premier jgħidu li dawn il-manuvri kollha ġabu ħafna diżgwid u firda bejn il-clubs.

Sign up to our newsletter

Stay in the know

Get special updates directly in your inbox
Don't worry we do not spam
Subscribe
Notify of
guest

3 Comments
Oldest
Newest Most Voted
Inline Feedbacks
View all comments
joe tedesco
joe tedesco
2 years ago

KOLLOX MEQRUD, MALTA DISASTRU.

Cikku l-Ghawdxi
Cikku l-Ghawdxi
2 years ago

Ghaddej pjan mahsub bizzilla biex Joseph Muscat jahtaf taht idejh il-Football Malti. Iz-zmien jaghtina parir. Pjan imxajtan!

Charles Cirillo
2 years ago

Kollha jafu lil xulxin ..u int liema qaddis ghandek?

Related Stories

L-avukati difensuri ta’ Muscat kienu fost il-mistednin il-Barbados
Read in English. The Shift hu infurmat li Etienne
Il-‘mentor’ jirdoppjalu l-paga lil Luke Dalli
Read in English. Iċ-Chairman tal-Kunsill Malti għall-Arti, Albert Marshall,

Our Awards and Media Partners

Award logo Award logo Award logo