The Shift rebħet l-ewwel erba’ appelli FOI li għamel il-gvern biex il-pagamenti lil Saviour Balzan jaħbihom

Read the article in English here.

The Shift għadha kemm rebħet l-ewwel erba’ appelli Freedom of Information (FOI) minn total ta’ 40 appell li għamel il-gvern biex jipprova jwaqqaf il-media milli jkollha aċċess għall-informazzjoni dwar il-ftehim li sar ma’ Saviour Balzan, wieħed mis-sidien ta’ Media Today.

It-Tribunal tal-Appelli dwar l-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data, immexxi mill-avukat ta’ esperjenza Anna Mallia, ta raġun lil The Shift li qed titlob għal iktar trasparenza u responsabbiltà min-naħa tal-gvern meta jonfoq il-flus miġbura mit-taxxi tagħna. Lill-entitajiet governattivi involuti, ordnatilhom jiżvelaw id-dettalji kollha dwar il-ħlasijiet ta’ eluf ta’ Ewro li saru lil Balzan, anki għas-servizzi tiegħu propagandistiċi lil diversi ministri.

Mill-40 sfida li qed tiġġieled The Shift bis-saħħa ta’ kampanja imwieżna mill-qarrejja tagħha, it-Tribunal tal-Appelli qata’ l-ewwel erbgħa, u ma qabilx mal-kontestazzjonijiet kollha li għamlu l-Malta Film Commission, il-LESA, l-Aġenzija Resource, Recovery and Recycling u l-Malta Council for Science and Technology, u ordnalhom biex lil The Shift jagħtuha l-informazzjoni kollha li qed titlobhom. 

Fid-deċiżjoni tiegħu, it-Tribunal qal li l-informazzjoni li qed titlob The Shift tinvolvi l-mod kif l-entitajiet pubbliċi qed jonfqu flus min iħallas it-taxxa, u għalhekk huwa fl-interess pubbliku li jsir magħruf kif dawn il-flejjes qed jintefqu u għaliex.

Fil-qorti, Keith Schembri, l-ex Chief of Staff tal-ex Prim Ministru diżonorat Joseph Muscat, lil Saviour Balzan kien iddeskrivih bħala “wieħed li jimmanuvra biex jikseb xi ħaġa, iktar milli huwa ġurnalist” u qal li “kien dejjem jittallab għall-kuntratti tal-gvern”. Għalhekk The Shift għamlet diversi talbiet FOI lill-ministeri u lill-entitajiet tal-gvern biex dawn id-dikjarazzjonijiet ta’ Schembri tivverifikahom.

Il-biċċa l-kbira ta’ dawn l-entitajiet tal-gvern din l-informazzjoni dwar ħlasijiet u direct orders li jammontaw għal eluf ta’ Ewro, ma ridux jagħtuha; u The Shift skopriet li Balzan, sid dar tal-media suppost indipendenti, kien qed jagħmilha wkoll ta’ konsulent tal-PR għal numru kbir ta’ ministri tal-gvern.

Xogħlu hawn kien jikkonsisti filli l-politikanti tal-gvern iħarriġhom kif iġibu ruħhom mal-media u jiċċekkja wkoll l-istqarrijiet tagħhom. 

Tweet ta’ Saviour Balzan biex ir-rapporti ta’ Daphne Caruana Galizia dwar l-Egrant jiskreditahom, meta fil-fatt ma seta’ jikkonferma xejn, billi kien jinsab fix-chateau li għandu Franza

Minn dak li kien magħruf dak iż-żmien, The Shift kienet żvelat li mis-servizz li offra lill-ministri u lid-dipartimenti tal-gvern, Balzan u l-kumpanniji tiegħu kienu qalgħu iktar minn miljun Ewro minn fondi pubbliċi. Fil-gazzetti tiegħu kien jippubblika “kontenut pożittiv” u fuq il-PBS kien jippreżenta programm ta’ attwalità li fih kien jintervista lill-klijenti tiegħu stess. 

Il-ministeri u d-dipartimenti tal-gvern irrifjutaw t-talbiet ta’ The Shift biex din l-informazzjoni relevanti jiżvelawha u għalhekk sfidathom bis-saħħa ta’ serje ta’ talbiet għall-informazzjoni FOI. Il-Kummissarju tad-Data Protection, lil The Shift taha raġun fit-talbiet kollha li għamlet, u lil kull entità, l-informazzjoni li ntalbet minnha, ordnalha tagħtiha kollha. 

Kif qal il-Kummissarju tad-Data Ian Deguara, biex id-deċiżjoni tiegħu jiġġustifikaha, l-Att ta’ Liġi dwar l-FOI “huwa maħsub biex jiggarantixxi l-ikbar trasparenza possibbli, u jppromwovi l-kontabilità fl-awtoritajiet pubbliċi; u dan jagħmlu billi jippermetti, sa fejn hu possibbli, id-dritt tal-aċċess għad-dokumenti f’idejn l-awtoritajiet pubbliċi”

“Meta jkun hemm persuni u kumpanniji li qed jitħallsu minn fondi pubbliċi, allura wieħed jistenna li l-pubbliku għandu jkun jaf x’saru mill-flejjes, min tħallas u għal liema raġuni”. Hekk insista l-Kummissarju. Imma minflok ma obdew l-ordni u din l-informazzjoni żvelawha, dawn l-entitajiet tal-gvern qabbdu ħafna avukati – kollha mħallsin mit-taxxi pubbliċi – biex lil din il-ġurnalista solitarja jiġġieldulha u jsoddulha ħalqha. Din kienet mossa kkoordinata, maħsuba biex lil The Shift tintimidaha u r-riżorsi tagħha ġġibhom fix-xejn.

Id-deċiżjoni tal-Kummissarju tad-Data, kull waħda minn dawn l-entitajiet ikkontestatha, u ppreżentaw 40 appell identiku, biex b’hekk komplew jipposponu l-mument meta din l-informazzjoni kompromettenti kien se jkollhom jiżvelawha.  

L-organizzazzjonijiet internazzjonali għall-ħelsien tal-istampa ma qagħdux jogħmoduha li din l-azzjoni tal-gvern biex lil sid kumpannija tal-media indipendenti ‘jiddefendih’, fil-fatt ma kienet xejn ħlief theddida għall-ħelsien tal-istampa. 

Lil Balzan, il-gvern għażlu biex jieħu sehem fil-‘kumitat tal-esperti tal-media’ li twaqqaf biex ir-rakkomandazzjonijiet tal-inkjesta pubblika li kienet saret dwar il-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, jimplimentahom: l-istess ġurnalista li Balzan kien sejħilha “ir-reġina tal-velenu”.

Issa l-ewwel erba’ appelli minn dawn l-erbgħin, qatgħethom Anna Mallia. Id-deċiżjoni dwar l-appelli li baqa’ mistennija fil-ġimgħat li ġejjin. 

Dawn l-entitajiet kollha xorta għad għandhom il-possibbiltà li jappellaw id-deċiżjoni tat-Tribunal fil-qorti: b’hekk dawn l-erbgħin każ jibqgħu jkaxkru is-snin waqt li l-gvern ikompli jaħli flus il-poplu biex ir-relazzjoni li għandu ma’ Saviour Balzan ikompli jaħbiha.

Balzan huwa wieħed mis-sidien ta’ Media Today, il-kumpannija li tippubblika il-Malta Today u l-Illum, flimkien mal-pjattaforma diġitali tagħhom tal-aħbarijiet. Fl-istess ħin għandu l-privileġġ li jipproduċi kemm-il programm għax-xandir pubbliku. Barra minn hekk, f’ismu stess Balzan għandu żewġ kumpanniji oħra, il-Business 2 Business u l-Pegasus Media: id-dħul tagħhom dawn ġej l-iktar minn xogħol mal-gvern. 

Skont il-kuntratti li rat The Shift, lill-ministri, Balzan joffrilhom il-PR, iħarriġhom u jagħtihom il- ‘kontenut pożittiv’ . Fl-istess ħin jippretendi li waqqaf ‘kamra tal-aħbarijiet li aktarx hija l-unika waħda indipendenti fil-pajjiż’, u fl-istess ħin juża s-siti elettroniċi tiegħu biex lill-ġurnalisti oħra u l-kritiċi tal-gvern, jiskreditahom. 

The Shift żvelat ukoll li lil Balzan tawh fabbrika tal-gvern il-Mosta biex jużaha bħala Studio tat-TV, minkejja li tinsab f’qasam industrijali fejn il-postijiet li jingħataw huma maħsuba għall-manifattura. Barra minn dan il-privileġġ, il-kera li diġà hija ssussidjata, lil Balzan il-gvern naqqashielu għal Ewro fix-xahar, suppost bħala miżura ta’ mitigazzjoni minħabba l-pandemija tal-Covid-19.

F’dawn l-isfidi legali kollha, lil The Shift qed jirrappreżentawha l-avukati tal-BCGL, Andrew Borg Cardona u Matthew Cutajar, u s-servizzi tagħhom qed joffruhom pro bono.

Sign up to our newsletter

Stay in the know

Get special updates directly in your inbox
Don't worry we do not spam
Subscribe
Notify of
guest

1 Comment
Oldest
Newest Most Voted
Inline Feedbacks
View all comments
Francis Said
Francis Said
2 years ago

Well done. The Shift is providing the citizens how their tax money are being badly administrated by Government.
Keep up the excellent work.

Related Stories

L-avukati difensuri ta’ Muscat kienu fost il-mistednin il-Barbados
Read in English. The Shift hu infurmat li Etienne
Il-‘mentor’ jirdoppjalu l-paga lil Luke Dalli
Read in English. Iċ-Chairman tal-Kunsill Malti għall-Arti, Albert Marshall,

Our Awards and Media Partners

Award logo Award logo Award logo