Is-suldat ‘favorit’ tal-PM jingħata job ta’ 100,000 Ewro u jżommuh fuq il-kotba tal-AFM minħabba l-pensjoni

Read this article in English here.

Il-Kurunell Mark Mallia li sa ftit ġimgħat ilu kien id-deputat kmandant tal-Forzi Armati, is-salarju tiegħu rah jirduppjalu wara li nħatar CEO tal-Aġenzija Identity Malta, bil-problemi kollha tagħha – salarju ta’ 100,000 Ewro fis-sena, skont il-kuntratt li akkwistat The Shift wara li għamlet talba bis-saħħa tal-Freedom of Information (FOI). 

Għalkemm m’għandu l-ebda kwalifika jew esperjenza f’dan is-settur, lil Mallia, Abela għażlu biex imexxi Identity Malta għal dawn it-tliet snin li ġejjin.  Għall-applikazzjonijiet għal din il-pożizzjoni ma kien hemm l-ebda sejħa pubblika.

Il-kuntratt ġie ffirmat ftit ġimgħat qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali u bis-saħħa tiegħu huwa għandu jieħu salarju bażiku ta’ 87,000 Ewro fis-sena, minn barra ħlasijiet oħra għall-performance bonus, it-trasport u l-kommunikazzjoni. B’kollox l-ammont totali jiġi iktar minn 100,000 Ewro, salarju ogħla sew minn dak tal-prim ministru.

Barra minn hekk, lil Mallia ħallewh fuq il-kotba tal-AFM minkejja li x-xogħol ġdid tiegħu m’għandu x’jaqsam xejn ma’ dak li kien jagħmel qabel.

Bis-saħħa ta’ klawżola speċjali inkluża fil-kuntratt tiegħu huwa jkun jista’ jassenti ruħu mill-militar waqt li jibqa’ mal-Forzi Armati, u b’hekk ikollu dritt għall-pensjoni sħiħa meta jirtira, wara 25 sena li jkun ilu impjegat mal-armata.

Lil The Shift, sorsi fl-AFM qalulha li l-ex deputat kmandant ingħażel direttament mill-prim ministru għax-xogħol ġdid tiegħu, imma t-trattament li ħa hu kien radikalment differenti minn dak ta’ membri oħra tal-AFM, li ġieli jintalbu jirriżenjaw u b’hekk jitilfu d-dritt tal-pensjoni, meta jitilqu biex jagħmlu xogħol ieħor. 

Kif qal uffiċjal tal-AFM lil The Shift, “Jidher li anki fl-armata, hemm liġi speċjali għal min hu ta’ ġewwa”.

“Mallia veru qed jittrattawh b’mod speċjali waqt li aħna, is-suldati komuni, lanqas iħalluna nagħmlu xogħol part-time, aħseb u ara kemm nistgħu naħdmu full-time f’settur differenti u nżommu d-dritt għall-pensjoni”.

Mallia għamel ħames snin bħala l-bniedem tal- fiduċja tal-ex President George Abela, missier il-prim ministru, u ghandu kuntatti tajba ħafna mal-amministrazzjoni Laburista; jaħsbu wkoll li huwa viċin ħafna tal-ex prim ministru diżonorat Joseph Muscat u ta’ martu Michelle.

Fl-2013, mar-rebħa elettorali Laburista, Mallia waqqaf record ġdid għall-promozzjonijiet fl-armata. Flimkien mal-Brigadier preżenti, Jeffrey Curmi, f’temp ta’ ftit ġimgħat ingħata erba’ promozzjonijiet wara xulxin, u b’hekk spiċċa fit-tieni l-ogħla pożizzjoni fl-armata. 

Qabel l-elezzjoni tal-2017, Mallia ġie fl-aħbarijiet ukoll, għax kien hu l-perċimes fil-każ ta’ xi 800 promozzjoni li ngħataw lill-membri tal-armata sewwa sew qabel l-elezzjoni. Mallia kien kompla jintervista n-nies għall-promozzjoni sa lejliet l-elezzjoni.

L-Ombudsman kien investiga l-każ tal-‘promozzjonijiet mgħaġġla’ li ngħataw lil Curmi u lil Mallia wara l-elezzjoni tal-2013, u dan l-eżerċizzju kien iddeskrivih bħala “r-riżultat ta’ proċess intenzjonat biex iwassal preċiż għal riżultat deċiż minn qabel”.

Sign up to our newsletter

Stay in the know

Get special updates directly in your inbox
Don't worry we do not spam
Subscribe
Notify of
guest

0 Comments
Oldest
Newest Most Voted
Inline Feedbacks
View all comments

Related Stories

‘Il-Billi’ proposes more flats instead of Calypso Hotel extension
Gozitan businessman Michael Caruana, known as ‘il-Billi’ and the
Acquisition of €70,000 crib for St John’s Co-Cathedral raises questions on source
A small Neapolitan crib acquired by the St John’s

Our Awards and Media Partners

Award logo Award logo Award logo