Titlef l-appell il-biljunarja mill-Angola akkużata bil-ħasil tal-flus b’14-il kumpanija f’Malta

Read in English.

Il-biljunarja mill-Angola Isabel dos Santos, li bħalissa qed tiġi akkużata bil-ħasil tal-flus permezz ta’ għadd ta’ kumpaniji f’Malta, għadha kif tilfet l-appell tagħha biex twaqqaf ordni ta’ ffriżar ta’ £580 miljun mill-assi tagħha bħala parti minn kawża fl-Ogħla Qorti ta’ Londra.

L-akkużata msemmija hija bint Jose Eduardo dos Santos li ħakem l-Angola għal 38 sena sal-2017, u hija l-ewwel biljunarja mara fl-Afrika.

Hija qed tiġi akkużata li ffrodat $219 miljun lil pajjiżha u mexxiet dawk il-flejjes miksuba illegalment permezz ta’ xibka sħiħa ta’ kumpaniji offshore, fosthom 14-il kumpanija shell f’Malta, filwaqt li użat dokumenti frawdulenti, fatturi foloz, u żidiet qawwija b’mod eżagerat fis-salarju bejn l-2016 u l-2017.

Skont rapport tal-ICIJ, Santos tressqet akkużata b’diversi reati, fosthom frodi tat-taxxa, serq u ħasil tal-flus.

Fl-2020, l-ICIJ kienu żvelaw il-Luanda Leaks, li ħarġu fid-dieher kif dos Santos irnexxielha ddawwar lira tajba minn negozju tad-djamanti, taż-żejt, tas-servizzi bankarji, tas-servizzi tat-telekomunikazzjoni, u tal-proprjetà immobbli, filwaqt li missierha kien għadu president.

Eventwalment sena ilu, imħallef ordna l-iffriżar tal-assi tagħha, wara li Unitel – operatur tat-telekomunikazjoni mill-Angola – fittex lil dos Santos fuq self li kienet għamlet meta kienet fuq il-bord tad-diretturi ta’ kumpanija li kienet tikkontrolla fin-Netherlands, bl-isem Unitel International Holdings. Il-Qorti rrifjutat l-appell tagħha kontra dik is-sentenza.

Skont dokumenti tal-Qorti, Unitel akkużat lil dos Santos li fl-2012 u fl-2013 kienet għamlet self ta’ madwar $400 miljun b’valur inqas minn dak kummerċjali mingħand il-kumpanija, għal UIH u għall-“benefiċċju personali tagħha stess”, skont kif irrappurtat mill-BBC.

Minkejja li hija mfittxija fl-Angola b’rabra ma’ bosta reati, fosthom il-ħasil tal-flus, is-serq u l-frodi tat-taxxa, dos Santos bħalissa qed tgħix ħajja pubblika u axxellerata f’Dubaj, fejn hi, ommha u soċju fin-negozju huma marbutin ma’ diversi proprjetajiet.

@isabel_dos.santos #TikTok ♬ Pagodão do Birimbola (Tchubirabirom) – Os Quebradeiras & Machadez & Mousik


L-ICIJ irrappurtaw li għalkemm l-Interpol talbu lill-gvernijiet madwar id-dinja biex isibu u jarrestaw proviżorjament lil Isabel dos Santos, hija mhijiex qed tistaħba. Minflok, hi qed tixħet posts regolament fuq il-midja soċjali li juru l-ħajja axxellerata li qed tgħix fir-residenza tagħha f’Dubaj.

Dubai għadu qed jagħti kenn lil dos Santos u qed kulma jmur isir destinazzjoni mfittxija minn dawk akkużati bil-ħasil tal-flus f’Malta.

                           

Sign up to our newsletter

Stay in the know

Get special updates directly in your inbox
Don't worry we do not spam
                           
                               
Subscribe
Notify of
guest

0 Comments
Oldest
Newest Most Voted
Inline Feedbacks
View all comments

Related Stories

L-avukati difensuri ta’ Muscat kienu fost il-mistednin il-Barbados
Read in English. The Shift hu infurmat li Etienne
Il-‘mentor’ jirdoppjalu l-paga lil Luke Dalli
Read in English. Iċ-Chairman tal-Kunsill Malti għall-Arti, Albert Marshall,

Our Awards and Media Partners

Award logo Award logo Award logo