L-Arċisqof sieket dwar akkużi li qed jaffaċċja membru fil-kumitat finanzjarju tal-Kurja

Read in English.

L-Arċisqof Charles Scicluna qed jirrifjuta li jwieġeb il-mistoqsijiet dwar jekk hux beħsiebu jieħu xi passi fil-konfront ta’ Alfred Camilleri, wieħed mill-konsulenti finanzjarji tal-Kurja li issa qed jaffaċċja għadd ta’ akkużi fil-Qorti.

Camilleri, li sa ftit snin ilu kien jokkupa l-ogħla kariga taċ-ċivil fil-ministeru tal-finanzi, qed jiġi akkużat bi frodi u li ma qediex id-doveri tiegħu, fost akkużi oħrajn, wara li għadha kif intemmet l-Inkjesta Maġisterjali dwar il-ftehim frawdulenti tal-isptarijiet ma’ Vitals/Steward.

Alfred Camilleri, ta’ 64 sena, hu wieħed mill-membri tal-kumitat finanzjarju tal-Kurja li, flimkien mal-Arċisqof, jieħu l-aktar deċiżjonijiet finanzjarji importanti għall-Kurja.

Camilleri u żewġ persuni oħra miċ-ċivil, l-eks segretarju permanenti tal-ministeru tas-saħħa (illum irtirat) Joseph Rapa u s-segretarju permanenti attwali fil-ministeru tal-ekonomija Ronald Mizzi, qed jiġu akkużati li għalqu għajnejhom meta kien qed jitfassal il-ftehim multimiljunarju mal-Vitals.

Alfred Camilleri

Dak iż-żmien meta sar il-ftehim, Alfred Camilleri kien ċaħad li kien jaf x’qed jiġri.

Hu kien ukoll fuq il-bord tad-diretturi ta’ Projects Malta – l-entità governattiva li kien uża l-eks ministru diżonorat Konrad Mizzi biex jinnegozja u jiffinalizza l-ftehim ma’ Vitals Global Healthcare, li mbagħad ingħadda f’idejn Steward Healthcare.

Camilleri hu wkoll membru fil-bord tad-diretturi ta’ żewġ kumpaniji elenkati li huma proprjetà tal-Grupp Corinthia u ċ-Chairman maħtur mill-gvern tal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali.

Żewġ isqfijiet, żewġ reazzjonijiet differenti

Malli ħarġet l-aħbar li Joseph Rapa kien se jittella’ l-qorti, l-Isqof t’Għawdex Anton Teuma talab biex Rapa — li kien ir-rappreżentant tad-Djoċesi Għawdxija fuq il-bord tad-diretturi tal-APS — jitneħħa mill-ħatra b’effett immedjat.

Madankollu, mhux l-istess kienet id-deċiżjoni tal-Arċisqof ta’ Malta fil-konfront ta’ Alfred Camilleri b’rabta mal-pożizzjoni tiegħi fuq il-kumitat finanzjarju tal-Kurja.

L-uffiċċju tal-komunikazzjoni tal-Kurja baqa’ ma weġibx il-mistoqsijiet li għamillu The Shift dwar jekk Camilleri kienx offra r-riżenja tiegħu.

L-Arċisqof Scicluna bħalissa qed iwettaq negozjati sensittivi mal-gvern dwar il-kumpens finanzjarju għall-proprjetà tal-Knisja li kienet ingħaddiet f’idejn il-gvern għal tletin sena fl-1993.

Sign up to our newsletter

Stay in the know

Get special updates directly in your inbox
Don't worry we do not spam
Subscribe
Notify of
guest

1 Comment
Oldest
Newest Most Voted
Inline Feedbacks
View all comments
M.Galea
M.Galea
7 months ago

L arcisqof m ghadux jikritika lil gvern bhal ma kien jaghmel min mindu l gvern tah 5 miljuni ghar restawr tal knejjes! Min ghandu widnejn u ghajnejn jisma l omeliji tieghu w jinduna wahdu! Tal blih! ANke dan inxtara! Kif spiccajna!!

Related Stories

L-avukati difensuri ta’ Muscat kienu fost il-mistednin il-Barbados
Read in English. The Shift hu infurmat li Etienne
Il-‘mentor’ jirdoppjalu l-paga lil Luke Dalli
Read in English. Iċ-Chairman tal-Kunsill Malti għall-Arti, Albert Marshall,

Our Awards and Media Partners

Award logo Award logo Award logo