F’seba’ snin, l-ERA approvat il-qlugħ ta’ 3,400 siġra protetta

Read in English.

Matul l-aħħar seba’ snin, l-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi (l-ERA) approvat il-qlugħ ta’ 3,400 siġra protetta biex ikunu jistgħu jsiru xi proġetti tal-gvern, primarjament ix-xogħlijiet li l-gvern iffinanzja biex iwessa’ l-infrastruttura tat-toroq f’Malta. Din iċ-ċifra ppreżentata fil-parlament fl-aħħar ġranet tfisser medja ta’ madwar 500 siġra fis-sena.

Waqt seduta parlamentari, id-Deputata Nazzjonalista Rebekah Borg staqsiet lill-Ministru tal-Ambjent Miriam Dalli dwar l-għadd ta’ siġar li nqalgħu bl-approvazzjoni tal-gvern.

Dalli wieġbet li l-gvern ta direzzjoni lill-ERA biex meta possibbli, tevita l-qlugħ tas-siġar.

Il-ministru semmiet ukoll li l-ERA dejjem tipprova tħawwel is-siġar protetti maqlugħa band’oħra minflok ma tqaċċathom. Madankollu, il-Ministru Dalli rrikonoxxiet il-fatt li allavolja l-għadd ta’ siġar maqlugħa jkun il-minimu, is-siġar imħawla band’oħra mhux dejjem jirnexxilhom jgħixu fl-ambjent il-ġdid.

Minkejja li kull sena l-ERA qed tapprova l-qlugħ ta’ kwantità kbira ta’ siġar, il-Ministru qed tibqa’ tinsisti li l-għadd ta’ siġar maqlugħa hu l-minimu u jsir biss meta ma jkunx hemm alternattiva oħra.

Is-siġar imqaċċta fil-proġett tat-triq ta’ Marsalforn.

Il-kumpens ta’ 5 għal kull siġra

Skont l-ERA, meta toħroġ approvazzjoni għall-qlugħ tas-siġar, ikunu jridu jitħawlu ħames siġriet ċkejknin oħrajn biex jagħmlu tajjeb għas-siġra matura li tkun inqalgħet jew twaqqgħet.

Filwqt li Dalli insistiet li dan ifisser li jridu jitħawlu madwar 18,400 siġra protetta biex ipattu għat-3,400 siġra li nqalgħu, skont esperti fis-siġar li tkellmu ma’  The Shift, dan ir-rekwiżit fuq il-karta mhuwiex qed jiġi infurzat, speċjalment fejn jidħol il-monitoraġġ tal-kuntratturi.

“Aħna nafu b’ħafna każijiet meta d-direzzjonijiet u l-kundizzjonijiet tal-ERA qed injorati, u l-Awtorità ma wettqet l-ebda spezzjoni fuq il-post biex tkun tista’ tiċċekkja,” qalulna.

“Barra minn hekk, siġra protetta matura tieħu snin twal biex timmatura u allura li din tinbidel b’siġar ċkejknin mhijiex ħaġa effettiva. Is-soluzzjoni hija li l-qlugħ tas-siġar ikun verament il-minimu… iżda dan mhuwiex il-każ,” insistew magħna.

Hemm ħemel ta’ studji li saru f’pajjiżi differenti u li kkonkludew li l-benefiċċji taż-żamma tas-siġar antiki jisbqu bil-bosta lis-siġar li jitħawlu ġodda.

300 siġra oħra bl-istess destin

Fuq il-gżira tagħna, meqjusa l-inqas ekoloġika fl-Unjoni Ewropea, il-qlugħ tas-siġar antiki sar ħaġa mill-aktar frekwenti.

Kull ftit xhur nisimgħu bi protesti minħabba xi tneħħija kontroversjali ta’ xi siġar antiki li matul is-snin ikunu saru parti integrali ta’ dik iż-żona speċifika.

central link protest 2019

Persuni jipprotestaw quddiem is-siġar li kienu se jitqaċċtu għall-proġett tas-Central Link ftit snin ilu. Ritratt: Joanna Demarco.

Wara l-qtugħ tas-siġar kontroversjali minħabba l-proġett tas-Central Link u l-ħsarat li saru aktar riċenti lis-siġar fi Pjazza Rotunda, il-Mosta, l-Awtorità tal-Ippjanar (il-PA) għadha kif approvat proġett ġdid f’Għawdex li jinkludi t-tneħħija ta’ madwar 300 siġra indiġena matura li storikament kienu parti mit-triq ewlenija ta’ bejn Marsalforn u r-Rabat Għawdex.

Il-Ministru għal Għawdex u l-Awtorità tal-Ippjanar Clint Camilleri iġġustifika t-tqaċċit ta’ dawk is-siġar u insista li l-pjanijiet il-ġodda se jitfasslu b’tali mod biex jinqalgħu inqas siġar. Fil-frattemp, iżda, skont studju xjentifiku li ġie ppreżentat bħala parti mill-proċess tal-ippjanar jidher li l-proġett m’hemmx bżonnu għax it-triq kif inhi llum diġà takkomoda tajjeb it-traffiku.

Madankollu, il-Ministeru għal Għawdex diġà ta l-kuntratt ta’ €9 miljun lil Prax Ltd – kumpanija tal-iżviluppatur ewlieni min-Nadur Joseph Portelli u s-soċji tiegħu Daniel Refalo u Mark Agius.

Ix-xogħol fuq din it-triq mistenni jibda fil-ġimgħat li ġejjin.

Sign up to our newsletter

Stay in the know

Get special updates directly in your inbox
Don't worry we do not spam
Subscribe
Notify of
guest

1 Comment
Oldest
Newest Most Voted
Inline Feedbacks
View all comments
Emanjel Cilia Debono
Emanjel Cilia Debono
7 months ago

Was ‘project Green’ involved ?

Related Stories

L-avukati difensuri ta’ Muscat kienu fost il-mistednin il-Barbados
Read in English. The Shift hu infurmat li Etienne
Il-‘mentor’ jirdoppjalu l-paga lil Luke Dalli
Read in English. Iċ-Chairman tal-Kunsill Malti għall-Arti, Albert Marshall,

Our Awards and Media Partners

Award logo Award logo Award logo