Il-PBS iħalli barra l-passat kontroversjali tan-nominat diżonorat ta’ Miriam Dalli

Read this article in English.

Meta kien qed jirrapporta dwar il-ħatra l-ġdida ta’ Joseph Cuschieri bħala s-CEO il-ġdid ta’ Project Green, l-aħbarijiet tax-xandir nazzjonali TVM ħallew barra kull dettall relatat mal-fatt li hu kien instab ħati li kiser ir-regoli tal-Awtorità Maltija tas-Servizzi Finanzjarji (l-MFSA) meta kien imexxiha sal-2020. Cuschieri għadu kif ingħata dan ir-rwol governattiv ġdid mill-Ministru tal-Ambjent Miriam Dalli.

Filwaqt li l-PBS irrapporta li hu kien is-CEO tal-MFSA u tal-Awtorità Maltija tal-Gaming, TVM ma semma xejn li kien ġie mġiegħel jirreżenja u dwar il-bosta skandli li ġraw meta kien fit-tmun.

The Shift hu infurmat li l-istruzzjonijiet biex din l-informazzjoni titħalla barra ħarġu mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, u x-xandir nazzjonali żamm mal-istqarrija tal-aħbarijiet uffiċjali li ħareġ il-gvern, filwaqt li fuq il-website tal-aħbarijiet xeħet l-istorja fit-taqsima ta’ “aħbarijiet oħrajn”.

Kif il-PBS irrelega l-ħatra lejn “aħbarijiet oħrajn”

Diċembru li għadda, The Shift żvela kif il-Ministru Dalli, ħabiba sew ta’ Cuschieri, talbet lil Abela biex jaħtru CEO ta’ Project Green peress li Steve Ellul kien mistenni jirreżenja biex iħejji t-triq għat-tellieqa tal-elezzjonijiet Ewropej mal-Partit Laburista.

Għall-ewwel, Abela żamm iebes għal dak li talbitu Dalli u argumenta li Cuschieri ma kienx il-kandidat ideali għall-kariga minħabba l-passat tiegħu fir-rwoli regolatorji u l-assoċjazzjoni tiegħu ma’ Yorgen Fenech, il-persuna akkużata li kienet moħħ fl-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.

Madanakollu, hu rrappurtat li Abela biddel fehemtu biex jevita li jċaqlaq il-ħama issa li qed jiżdied l-appoġġ għall-eks prim ministru diżonorat Joseph Muscat fost il-partitarji Laburisti.

Wara bosta snin kontroversjali fit-tmexxija tal-MGA u tal-MFSA bi ftit li xejn osservanza tar-regoli tar-reklutaġġ u tal-akkwist pubbliku, Cuschieri ġie mġiegħel jirreżenja meta nkixef li kien mar btala Las Vegas ma’ Edwina Licari – waħda mill-persuni li kien impjega l-MFSA – imħallsa minn Yorgen Fenech.

Minn inkjesta indipendenti li wettaq l-eks Prim Imħallef Joe Azzopardi (illum il-Kummissarju għall-Istandards) u l-avukat (illum Maġistrat) Mark Simiana kien ħareġ fid-dieher li Cuschieri kiser għadd ta’ regoli u kodiċijiet tal-etika.

Il-konklużjoni finali tar-rapport tal-inkjesta, dwar l-aġir tan-nominat il-ġdid ta’ Miriam Dalli.

Traduzzjoni: “Rigward il-kwistjoni ewlenija msemmija fir-rappurtaġġi tal-gazzetti, jiġifieri dwar il-btala Las Vegas, il-Bord m’għandux dubju li s-Sur Cuschieri kiser il-Linji Gwida msemmija hawn fuq u l-Kodiċi tal-Etika tal-Bank Ċentrali Ewropew. Barra minn hekk, il-Bord jidhirlu li għandu jżid jgħid li l-Bord tal-Gvernaturi għandu jkun f’pożizzjoni aħjar biex jiskrutinizza l-azzjonijiet jew id-deċiżjonijiet tal-Kap Eżekuttiv, speċjalment qabel ma jittieħdu ċerti azzjonijiet jew deċiżjonijiet ta’ importanza kbira bħal dawn.”

Ħafna stejjer relatati ma’ mġibtu ħarġu fid-dieher aktar tard, fosthom l-għexieren tal-eluf tal-ewro għal sponsorships u promozzjoni tiegħu nnifsu li berbaq mingħajr l-awtorizzazzjoni, jew inkella kif kien intalab iħallas lura eluf fi ħlasijiet addizzjonali li awtorizza għalih innifsu talli attenda l-laqgħat tal-Bord, li ma kienx intitolat għalihom.

Cuschieri kien instab ukoll li kiser ir-regoli kollha biex jimpjega lill-ħabiba tiegħu Edwina Licari, u pprovdielha salarju permanenti ta’ €120,000 bħala konslu ġenerali filwaqt li kien qed idur id-dinja magħha fuq ħidma tal-gvern.

Ir-relazzjoni speċjali ta’ Miriam Dalli ma’ Cuschieri tmur lura ħafna snin għal meta lil Dalli kien taha impjieg mal-kumpanija tal-komunikazzjoni Vodafone (illum Epic) fl-istess żmien meta kienet tirrapporta għal ONE, l-istazzjon tal-Partit Laburista.

Miriam Dalli u Katrina Cuschieri

Ftit xhur ilu, Dalli tat impjieg ukoll lil bint Cuschieri ta’ 23 sena, Katrina, bħala konsulenta, u dan ftit żmien wara li ggradwat u reġgħet lura Malta minn Londra.

Sign up to our newsletter

Stay in the know

Get special updates directly in your inbox
Don't worry we do not spam
Subscribe
Notify of
guest

0 Comments
Oldest
Newest Most Voted
Inline Feedbacks
View all comments

Related Stories

L-avukati difensuri ta’ Muscat kienu fost il-mistednin il-Barbados
Read in English. The Shift hu infurmat li Etienne
Il-‘mentor’ jirdoppjalu l-paga lil Luke Dalli
Read in English. Iċ-Chairman tal-Kunsill Malti għall-Arti, Albert Marshall,

Our Awards and Media Partners

Award logo Award logo Award logo