Uffiċjal tal-marittimu ta’ Transport Malta ġie sospiż minħabba każ ta’ korruzzjoni

Aċċetta vaganzi qosra f'Għawdex talli ħassar xi ċitazzjonijiet.

 

Uffiċjal għoli fi Transport Malta ġie sospiż mix-xogħol tiegħu hekk kif issoktaw l-investigazzjonijiet dwar allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni u tixħim fit-taqsima tal-infurzar marittimu fl-aħħar skandlu li jinvolvi lil din l-aġenzija.

Skont informazzjoni li waslet għand The Shift, l-uffiċjal hu meniġer responsabbli mill-uffiċjali tal-infurzar marittimu li qed jiġi akkużat bi mġiba korrotta, tixħim u abbuż tas-sahra mill-ħaddiema fid-dipartiment tiegħu.

The Shift ġie mgħarraf kif bosta ħaddiema ta’ dan il-meniġer irrappurtawh għand uffiċjali għoljin fi Transport Malta li kien involut fi skema korrotta li wasslet biex tħassru għadd ġmielu ta’ ċitazzjonijiet serji li kienu nħarġu talli nkisru r-regoli marittimi. L-akkużat għamel dawn il-pjaċiri għal xi sidien tad-dgħajjes u għal dan ingħata rigali li jinkludu weekend breaks f’Għawdex u benefiċċji finanzjarji oħra.

Xi ħaddiema minn tiegħu rrappurtaw li l-meniġer tagħhom kien qed imur fuq is-sidien tad-dgħajjes li nqabdu jiksru r-regoli biex jitlobhom tixħim jew favuri oħrajn talli jħassrilhom iċ-ċitazzjonijiet tagħhom. Madankollu, għadu mhuwiex magħruf jekk l-uffiċjal kienx qed jaġixxi minn jeddu jew kienx parti minn skema akbar.

L-uffiċjali ta’ Transport Malta qalu wkoll li l-istess meniġer qabbad lil ħaddiema tal-awtorità biex jagħmlu xogħol privat fil-proprjetà tiegħu u tħallsu bis-sahra mill-awtorità.

The Shift ikkonferma l-identità tal-meniġer suspettat iżda mhux qed jippubblika issa għalissa sakemm Transport Malta tieħu azzjoni dixxiplinarja uffiċjali.

Minkejja li The Shift ikkonferma mingħand sorsi differenti li l-uffiċjal ikkonċernat diġà ġie sospiż mix-xogħol, meta talab lis-CEO ta’ Transport Malta biex jikkonferma dan, Jonathan Borg ma weġibx.

Matul l-aħħar snin, Transport Malta kemm-il darba kienet involuta fi skandli tal-korruzzjoni, skemi abbużivi u għemil ħażin.

Il-Ministru Ian Borg qed iħabbar investiment dubjuż fl-2021.

 

The Shift dan l-aħħar żvela kif id-dgħajjes RHIB il-ġodda (ir-rigid hull inflatable boats) li nxtraw fl-2021 għal xi €500,000, kienu ġew iddikjarati mhux tajbin għal fuq il-baħar fi żmien sena.

L-RHIBs miksuba mingħand importatur mir-Rabat Malta, li jaħbat fid-distrett elettorali tal-Ministru tat-Trasport Ian Borg, kellhom isirulhom bosta tiswijiet għax ma kinux jilħqu l-istandards ta’ Transport Malta.
Waqt spezzjoni li saret sena wara li nxtraw, is-surveyor li tqabbad kien sab ħsarat strutturali fuq żewġ dgħajjes minnhom li rrendewhom mhumiex tajbin għall-baħar.

It-talbiet tal-libertà tal-informazzjoni li għamel The Shift biex jikseb kopja tal-kuntratt tax-xiri ta’ dawn ir-RHIBS u informazzjoni oħra dwar il-fornitur u l-proċess tal-akkwist tagħhom ġew injorati minn Transport Malta, bi ksur ċar tar-regoli dwar l-FOIs. The Shift issa ressaq talba għal investigazzjoni mill-Kummissarju tal-Protezzjoni tad-Dejta.

Għand The Shift waslet ukoll informazzjoni li Transport Malta użat l-istess dgħajjes tal-infurzar b’reġistrazzjoni skaduta, iżda anki fuq din il-kwistjoni, is-CEO ta’ Transport Malta Jonathan Borg u l-Ministru Aaron Farrugia qed jibqgħu jirrifjutaw li jwieġbu l-mistoqsijiet.

Sign up to our newsletter

Stay in the know

Get special updates directly in your inbox
Don't worry we do not spam
Subscribe
Notify of
guest

0 Comments
Oldest
Newest Most Voted
Inline Feedbacks
View all comments

Related Stories

L-avukati difensuri ta’ Muscat kienu fost il-mistednin il-Barbados
Read in English. The Shift hu infurmat li Etienne
Il-‘mentor’ jirdoppjalu l-paga lil Luke Dalli
Read in English. Iċ-Chairman tal-Kunsill Malti għall-Arti, Albert Marshall,

Our Awards and Media Partners

Award logo Award logo Award logo