L-ewwel ‘Green Bond’ se jfondi proġett li diġà tlesti fl-2021 b’fondi tal-UE

L-impjant diġà qed jitħaddem, u allura għalfejn għandu bżonn il-fondi?

 

This article is available in English

L-ewwel ‘green bond’ ta’ Malta qed jitqies mill-esperti bħala “xejn ħlief eżerċizzju ta’ greenwashing” għall-benefiċċju tal-Ministru għall-Ambjent Miriam Dalli, filwaqt li qajmu tħassib ukoll dwar id-diskrepanzi fl-iżborsi tal-fondi.

Il-Green Bond kien inħareġ għal €25 miljun b’terminu ta’ 10 snin u b’rata tal-interessi ta’ 4.25% mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) f’Lulju 2023 biex jiffinanzja bosta proġetti ekoloġiċi madwar il-pajjiż.

Meta ħareġ il-bond fis-suq, il-gvern kien qal li “d-dħul mill-green bonds se jmorru biex isiru bosta proġetti ekoloġiċi, fosthom impjant modern tar-reverse osmosis fil-Ħondoq, Għawdex.”

Madankollu, l-impjant tal-Ħondoq kien diġà tlesta u inawgurah il-Prim Ministru Robert Abela f’Novembru 2021, jiġifieri kważi sentejn qabel ħarġu l-bond. Dan il-proġett kien kiseb ukoll kofinanzjament mill-Unjoni Ewropea.

Bil-kontra ta’ dak li ngħad fil-prospett tal-bond, f’Novembru 2021, il-WSC ħarġet stqarrija biex tiddikjara l-ftuħ tal-impjant il-ġdid tal-Ħondoq, u ma ħalliet l-ebda dubju li l-impjant kien diġà qed jitħaddem qabel ħarġet il-bond.

Minflok, skont dikjarazzjoni pubblika, “L-impjant tar-Reverse Osmosis f’Għawdex ġie inawgurat uffiċjalment b’investiment ta’ €11-il miljun u kofinanzjat b’fondi Ewropej. Għalhekk l-Għawdxin se jkunu qed jibbenefikaw minn produzzjoni indipendenti ta’ ilma tal-ogħla kwalità fi djarhom u fin-negozji tagħhom”.

The Shift staqsa lis-CEO tal-WSC Karl Cilia jekk kienx żball li hu xi żmien ilu kien sejjaħ il-bond bħala “inizjattiva ewlenija”.

“Bħalma qed tgħid sew, il-proġett tal-Ħondoq kien ġie kofinanzjat mill-UE. Id-differenza finanzjarja li kellha titħallas mill-WSC issa għandha titħallas bil-Green Bonds – €1.7 miljun – biex inkun eżatt,” qal.

“Dan seta’ jsir biss bl-allinjament tal-prinċipji tal-Green Bond mal-indikaturi tal-impjant mill-aktar avvanzat,” kompla jgħid Cilia.

Dan l-eżempju qed iħasseb li l-fondi tal-bond se jkunu qed jintużaw biex jagħmlu tajjeb għall-flus li ntefqu fuq proġetti li kienu diġà tlestu u li huma proġetti tas-soltu mhux innovattivi.

Dikjarazzjoni tal-WSC dwar il-Green Bond ewlieni tagħha.

Malta ilha mis-sebgħinijiet tuża impjanti tar-reverse osmosis. “M’hemm xejn innovattiv jew ekoloġiku f’din l-inizjattiva,” qalulna xi esperti kkonsultati.

Dawn kienu sorpriżi meta semgħu li impjant li diġà qed jitħaddem se jkun qed jiġi ffinanzjat b’dan l-istrument minkejja li diġà kien ingħata l-fondi tal-UE.

“Din hi sempliċiment eżerċizzju ta’ greenwashing biex il-WSC tikseb fondi għal proġetti oħra,” qalulna.

Skont il-prospett, il-fondi se jintużaw ukoll biex jinbnew farms solari u impjanti tat-trattament tal-ilma mormi, u biex jissaħħaħ in-network tal-ilma.

“Il-WSC ilha snin twal twettaq inizjattivi bħal dawn. Kien messhom kienu onesti man-nies u qalulna li riedu dan il-bond biex il-pubbliku jislef il-miljuni lill-korporazzjoni, u mhux ħbew kollox f’taparsi inizjattiva ekoloġika innovattiva.”

L-UE għadha kemm widdbet lill-Istati Membri dwar inizjattivi ta’ greenwashing, partikolarment b’dawn l-imsejħa “green bonds”.

Bosta membri tal-Parlament Ewropew bħalissa qed jiddiskutu leġiżlazzjoni biex jiġi stabbilit ‘green bond Ewropew standard’, l-ewwel wieħed fid-dinja, ħalli jkun evitat li l-kumpaniji jitħallew jippreżentaw lilhom infushom aktar favur l-ambjent milli huma.

Dan se jkun disponibbli għall-kumpaniji u l-entitajiet pubbliċi li jkunu jixtiequ jiġbru fondi mis-suq tal-kapital biex jiffinanzjaw inizjattivi ekoloġiċi u jilħqu rekwiżiti stretti tas-sostenibbiltà.

Il-flus kollha miġbura mill-bonds maħruġa skont il-green bond Ewropew standard ikunu jridu jiġu investiti f’attivitajiet allinjati mat-tassonomija tal-UE għal attivitajiet sostenibbli.

                           

Sign up to our newsletter

Stay in the know

Get special updates directly in your inbox
Don't worry we do not spam
                           
                               
Subscribe
Notify of
guest

1 Comment
Oldest
Newest Most Voted
Inline Feedbacks
View all comments
makjavel
makjavel
7 months ago

Is this plant actually producing water. Shift news can easily verify this. If Brine ( what goes back to the sea from the membranes) can be seen flowing back into the sea , like te Ghar Lapsi RO, then it is working. Whether it is working efficiently is another thing.
The only greening that can be done is if the RO plant is running during the day and the RO plant roof is covered with PV panels to add to the network. It can be argued that it runs of the PV power generated in Gozo. No expenses required to get the current flowing from the 240V PV into the low voltage Gozo Network.

Last edited 7 months ago by makjavel

Related Stories

L-ebda riforma fil-liġi tal-ippjanar minkejja l-wegħda tal-Prim Ministru sena ilu
Read in English. Issa għaddiet iżjed minn sena minn
Is-Serqa tal-Isptarijiet: wasal il-mument
Read in English. L-eks prim ministru diżonorat Joseph Muscat

Our Awards and Media Partners

Award logo Award logo Award logo