Tħallsu miljun Ewro għal overtime ‘tas-soltu’ kif ukoll allowances fit-taqsima ta’ jobs fantażma, il-ministeru t’Għawdex

Lill-Awditur Ġenerali, irrifjutaw li jagħtuh l-informazzjoni dwar 800,000 Ewro f’allowances mhux spjegati.

 

This article is available in English

Minn investigazzjoni li saret mill-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali (l-NAO), instab li d-Diviżjoni tal-Istrateġija u s-Support tal-Ministeru t’Għawdex, ħallset kważi miljun Ewro għall-overtime u għal allowances oħra fl-2021 għal talbiet li kienu “vagi” u “tas-soltu”.

Din id-Diviżjoni jaħdmu magħha kważi tmin mitt ħaddiem, inklużi dawk li jimpjega l-ministeru għat-tindif pubbliku u l-maintenance. Ir-raġunijiet li kienu qed jingħataw għal dan l-overtime, l-NAO sab li kienu “ġeneriċi, u jnisslu dubju dan l-overtime kollu kienx ġustifikabbli; jagħti wkoll l-impressjoni li dan ix-xogħol extra mal-Ministeru t’Għawdex possibbilment kien qed jitqies bħala estensjoni tas-salarju bażiku tal-individwi kkonċernati.”

Fl-2021, għall-impjegati tad-diviżjoni,  intefqu b’kollox 956,120 Ewro bejn overtime u allowances. Din id-diviżjoni għandha 35 dipartiment u taqsima li jinkludu d-Direttorat tal-Maintenance u r-Restawr, it-taqsima tal-Kostruzzjoni u l-Maintenance, it-taqsima tat-Tindif Pubbliku kif ukoll it-Taqsima tat-Toroq. Din is-somma tiġi 53% tal-budget kollu tal-ministeru għall-overtime u l-allowances l-oħra.

Il-jobs fid-dipartimenti tal-maintenance u t-tindif fil-Ministeru għal Għawdex huma magħrufa sew bħala ċentru għall-jobs fantażma mogħtija bħala rigal għall-vot, u xogħol ftit li xejn isir bis-saħħa tagħhom.

U issa l-Awditur Ġenerali sab li “l-overtime kien sar drawwa, ħafna drabi kien ikun ġustifikat b’mod vag” u b’nuqqas totali ta’ kontroll.

L-attendance sheets biex jiġġustifikaw it-talbiet għall-overtime sab li kienu għal kollox “mhux ta’ min wieħed joqgħod fuqhom”. U qal ukoll li “ma jistax jgħid b’ċertezza jekk l-uffiċjali li investiga bħala kampjun tħallsux kif suppost għall-overtime li qalu li għamlu”.

Lill-ministeru, ħeġġu biex jara jekk “dan l-overtime kontinwu kienx riżultat ta’ xogħol li ma kienx qed isir kif suppost fil-ħin normali tal-uffiċċju, u allura kellu jieħu azzjoni skont kif ikun hemm bżonn”. L-NAO rrakkomanda li mil-lum ‘il quddiem, l-overtime, il-ministeru kellu  jikkontrollah bis-sħiħ. Dan l-overtime kellu jingħata biss f’ċirkostanzi eċċeżżjonali, u kemm jista’ jkun, f’xogħlijiet ad hoc b’miri speċifiċi li kellhom jintleħqu”.

Fejn l-overtime jitqies ħaġa ta’ rutina, il-ministeru kellu “jerġa’ jeżamina l-prattiċi tax-xogħol, u jsib alternattivi effiċenti li fl-istess ħin ikunu jaqblu iżjed ekonomikament”.

L-NAO qal li għalhekk wieħed għandu jifli jekk l-impjegati għandhomx jintbagħtu jaħdmu f’dipartimenti oħra skont il-ħtieġa tal-mument; u għandu jitqies ukoll ikunx aħjar li jinbidel il-ħin tax-xogħol biex ma jsirx abbuż fl-għoti tal-overtime.

Lill-ministeru, l-NAO irrakkomandalu li minn issa ‘l quddiem l-uffiċjali kollha, l-attendenza tagħhom iniżżluha kuljum, kif jgħid il-Public Service Management Code (il-PSMC).

“Id-dettalji kollha għandhom ikunu ċari u jinqraw sew. Dan it-tagħrif, speċjalment fejn jidħol l-overtime, għandu jiġi mifli sew u l-uffiċjal responsabbli għandu jiċċertifika li huwa korrett. Dan għandu jsir indipendentement mill-uffiċjali li jiffirmaw dan l-istess reġistru. Għandha tittieħed l-azzjoni kontra dawk l-uffiċjali li qed jippruvaw jabbużaw mis-sistema.”

L-ebda informazzjoni dwar it-815,000 Ewro li ntefqu f’allowances

L-Awditur Ġenerali ma setax jistabbilixxi għal xiex tħallsu t-815,000 Ewro f’allowances jew fejn spiċċaw.

Dwar dawn it-talbiet li kienu diġà vagi, l-NAO ma seta’ jagħmel ebda verifika għax “id-dokumentazzjoni neċessarja ma ngħatatlux biex ikun jista’ jifliha…minkejja d-diversi reminders li ntbagħtu”.

Lanqas ma ngħatalu tagħrif biżżejjed dwar ir-rati u l-ħlasijiet tal-overtime. Fl-istess ħin, xi uffiċjali fil-kampjun li eżamina l-NAO “għamlu xogħol b’overtime li ma kienx jitqies parti mir-responsabbiltajiet normali tagħhom, u ma kellux x’jaqsam mad-deskrizzjoni ta’ xogħlhom”.

Fost dawn kien hemm fotografu mad-Direttorat tal-Wirt Kulturali li għamel overtime bħala Head Beach Supervisor; kien hemm ukoll Assistant Foreman u Technical Officer fit-Taqsima tat-Tindif Pubbliku li għamlu xogħol ieħor fil-Biċċerija u bħala Beach Inspector.

F’dawn il-każijiet kollha, l-NAO sab li dawn l-uffiċjali tħallsu l-overtime skont ir-rata ta’ kuljum għal kull siegħa li jaħdmu. B’dan kollu l-awdituri ma setgħux jistabbilixxu jekk dik ir-rata kinitx korretta, jew kellhiex tintuża rata iktar baxxa skont dak li jistabbilixxi l-PSMC: dan ma setgħux jagħmluh “għax waqt li kien qed isir il-proċess tal-awditjar, it-tagħrif li ntalab dwar l-iskala applikabbli tas-salarju ma ngħatax”.

L-NAO għamel ir-rakkomandazzjoni ovvja biex il-ministeru jiżgura “li jekk l-overtime verament ikun hemm bżonnu, l-uffiċjali involuti għandhom jitħallsu skont ir-rata korretta, u kull pagament għandu jsir skont il-kalkoli applikabbli biex tibqa’ traċċa tiegħu għall-iskop tal-awditjar”.

Sign up to our newsletter

Stay in the know

Get special updates directly in your inbox
Don't worry we do not spam
Subscribe
Notify of
guest

2 Comments
Oldest
Newest Most Voted
Inline Feedbacks
View all comments
ac.sm
ac.sm
1 year ago

Where is the accountability, usually there are people who are responsible for approving these funds. Has the Permanent secretary been aware and approved all of this.

Out of Curiosity
Out of Curiosity
1 year ago

This Minister is a cowboy, and poor Clyde cannot control him as he cannot control the greed of the opportunists around the Labour Party. If poor Clyde dares to speak out, he will have to face the fury of Clint il-bedeq.

Related Stories

L-avukati difensuri ta’ Muscat kienu fost il-mistednin il-Barbados
Read in English. The Shift hu infurmat li Etienne
Il-‘mentor’ jirdoppjalu l-paga lil Luke Dalli
Read in English. Iċ-Chairman tal-Kunsill Malti għall-Arti, Albert Marshall,

Our Awards and Media Partners

Award logo Award logo Award logo