Jitfa’ l-offerta wieħed biss għall-prezz doppju: jagħlaq it-tender kontroversjali għall-faċilità tal-kura tal-kanċer

Is-sidien sigrieti ta’ Vitals Global Healthcare kienu ħallsu 5 miljun Ewro biex jieħdu t-Technoline f’idejhom bis-saħħa ta’ kumpanniji reġistrati f’Jersey.

 

Read in English 

Il-ġimgħa l-oħra għalaq it-tender kontroversjali għal faċilità ġdida għall-kura tal-kanċer fl-isptar tal-onkoloġija: kien hemm wieħed biss li tefa’ l-offerta u bl-apparat li qed joffri, il-prezz tal-proġett irdoppja.

Dan is-sit segwihom l-affarijiet kif żviluppaw f’dan it-tender, għax kien qed isir dejjem iżjed evidenti li kien tfassal biex jaġevola fornitur wieħed partikolari – u l-prezz ġie jiswa d-doppju tal-istima oriġinali ta’ 12-il miljun Ewro.

Minħabba li kien hemm għadd ta’ “irregolaritajiet”, fosthom il-ksur tar-regoli tal-UE, il-Public Contracts Review Board (il-PCRB) intalab jissospendi t-tender, imħallas mill-UE, biex jipprovdi faċilità għat-trattament tal-kanċer.

L-apparat jiswa madwar nofs il-prezz tat-tender – l-ispiża addizzjonali hija dovuta għall-bżonn li jinbena bunker fejn se jidħol l-apparat li qed toffri t-Technoline. L-apparat li qed toffri jiswa 21 miljun Ewro punt ħamsa (21.5).

Fl-ewwel fażi tat-tender, kien imniżżel ċar u tond li l-magna l-ġdida kellha tidħol fil-bunker li diġà hemm fl-isptar tal-onkoloġija, l-Imsida. Dan kienu ħallewh vojt għal t’apposta.

Skont rapport intern li kienet żvelat The Shift, dan kien instab adegwat minkejja x’qalu l-awtoritajiet. Imma l-apparat li offriet it-Technoline ma jidħolx fil-bunker li diġà hemm.

Uffiċjalment, it-Technoline hija ta’ Ivan Vassallo, li kien manager f’din l-istess kumpannija. L-‘investituri’ fil-Vitals Global Healthcare kienu akkwistaw ukoll it-Technoline biex ikomplu jkabbru l-profitti. Is-sidien sigrieti tal-VGH, The Shift kienet żvelat li kienu ħallsu 5 miljun Ewro biex jakkwistaw it-Technoline bis-saħħa ta’ xi kumpanniji rreġistrati Jersey.

Eliminaw il-kompetituri

Is-sena l-oħra, il-ministeru tas-saħħa flimkien mal-management ta’ Mater Dei u l-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi, kienet ħarġet proċess ta’ konsultazzjoni preliminari mas-suq biex jaraw min potenzjalment seta’ jforni din il-faċilità għat-trattament tal-kanċer, faċilità li kellha titħallas mir-‘recovery fund’ tal-UE.

Mill-investigazzjoni li għamlet The Shift, jidher li fi tmiem dan il-proċess, f’Diċembru 2021, l-uffiċjali tal-gvern indunaw li l-bunker il-vojt, iddestinat għal dan l-apparat il-ġdid, ma kienx se jesa’ dik il-magna li kienet qed toffri t-Technoline. Imma fl-istess ħin kien hemm żewġ offerti oħra u min għamilhom, it-tnejn insistew li l-apparat li setgħu jissupplixxu huma, kien se jesa’ fil-bunker li diġà kien hemm bla problema ta’ xejn.

Il-gvern qabad u biddel il-kondizzjonijiet tat-tender, u addotta l-proposta tat-Technoline li jibni bunker ġdid għal dan l-apparat il-ġdid, jiswa l-miljuni ta’ Ewro. B’din il-bidla, l-ispiża tal-proġett żdiedet minn 12-il miljun Ewro għal 24 miljun Ewro.

Il-Public Contracts Review Board (il-PCRB) iddeċieda favur il-ministeru tas-saħħa, u ħallih joħroġ it-tender ta’ 24 miljun Ewro biex tinxtara magna MR LINAC għat-trattament tal-kanċer. U dan minkejja l-oġġezzjonijiet ta’ fornitur prospettiv, Charles De Giorgio Ltd, li qal li t-tender kien tfassal biex jakkomoda kumpannija waħda speċifika.

U issa t-Technoline hija l-uniku fornitur li qed titfa’ l-offerta għal dan il-kuntratt.

L-istorja tat-Technoline

Vitals Global Healthcare hija l-kumpannija li ngħatat il-konċessjoni skandaluża biex tmexxi tlett sptarijiet pubbliċi għal 30 sena, u f’Jannar tal-2019, The Shift kienet żvelat li s-sidien tagħha kienu nefqu 5 miljun Ewro biex jakkwistaw it-Technoline bis-saħħa ta’ xi kumpanniji rreġistrati f’Jersey. Għadu mhux ċar jekk dawn il-flejjes kinux ġejjin mill-ħlasijiet li l-gvern kien qed jgħaddi lil VGH bħala parti minn din il-konċessjoni: dak iż-żmien kienu jleħħqu iktar minn 55 miljun Ewro fis-sena.

L-individwu li issa jidher għal din il-kumpannija huwa Ivan Vassallo u dari kien is-sales u marketing manager tagħha. Apparentement it-Technoline ‘akkwistaha’ bis-saħħa tal-kumpannija tiegħu Gateway Solutions Ltd.

Xi tlett xhur wara li Vassallo ħa t-Technoline, il-VGH, lil din l-istess kumpannija afdatilha f’idejha l-forniment tal-provvisti mediċi kollha li kellha bżonn. Dan ifisser li meta lit-Technoline, il-VGH tatha l-esklussività biex tforniha hi, is-sidien moħbija tal-VGH, dan il-ftehim li jrendi kienu qed jagħmluh magħhom infushom stess. B’hekk kellhom garanzija ta’ dħul kontinwu, anki meta ma kinux se jibqgħu jidhru huma.

Lil The Shift, Vassallo dejjem irrifjuta li jispjegalha kif irnexxielu jixtri l-kumpannija ta’ min kien jimpjegah, għax qal li dan kien “ftehim privat” u “affari ħadd”. U ma weġibx ukoll għall-mistoqsija kif qarib ta’ Shaukat Ali Abdul Għafoor (sid benefiċjarju moħbi imdaħħal fil-ftehim mal-VGH f’Malta u barra) inħatar direttur tat-Technoline iktar tard fl-2017.

Sign up to our newsletter

Stay in the know

Get special updates directly in your inbox
Don't worry we do not spam
Subscribe
Notify of
guest

0 Comments
Oldest
Newest Most Voted
Inline Feedbacks
View all comments

Related Stories

Acquisition of €70,000 crib for St John’s Co-Cathedral raises questions on source
A small Neapolitan crib acquired by the St John’s
KM Malta Airlines: same consultants, same management, same losses
The new national air carrier – KM Malta Airlines

Our Awards and Media Partners

Award logo Award logo Award logo