L-MTA f’battalja legali biex il-miljuni ta’ Ewro li nefqet f’avvenimenti dubjużi tipprova taħbihom

Read the article in English here.

Permezz tal-Malta Tourism Authority (l-MTA), il-gvern qed jisfida d-deċiżjoni li ħa il-Kummissarju tad-Data Protection li tobbligaha tiżvela parzjalment l-ismijiet ta’ min gawda minn miljuni ta’ Ewro mill-fondi pubbliċi minħabba sponsorships għal parties privati, avvenimenti u kunċerti. 

L-MTA qed jassistiha Ryan Pace, avukat bi ftit esperjenza imma b’konoxxenzi tajba. Kien jaħdem mal-kumpannija legali privata tal-Prim Ministru Robert Abela. L-MTA ma tridx toqgħod għad-deċiżjoni tal-Kummissarju li lil The Shift, taha raġun parzjalment f’talba li għamlet bis-saħħa tal-Freedom of Information. 

Minflok, l-MTA, entità ffinanzjata minn fondi pubbliċi, varat sfida legali ġdida kontra The Shift u kontra l-Kummissarju tad-Data Protection: qed targumenta li jekk tiżvela kif qed jitqassmu l-fondi pubbliċi minn din l-awtorità tat-turiżmu, ikun hemm effett negattiv fuq l-interessi kummerċjali ta’ min ibbenefika minn dawn il-fondi. 

Is-sena l-oħra The Shift għamlet talba FOI u saqsiet lill-MTA biex toħroġ lista ta’ pagamenti li saru għal ‘events u sponsorships’ għas-snin 2019, 2020 u 2021.

L-MTA din it-talba ċaħditha mill-ewwel, għax qalet li billi l-informazzjoni kienet “kummerċjalment sensittiva”, ma kinitx taqa’ taħt ir-rekwiżiti tal-liġi FOI.

Minkejja li l-miljuni ta’ Ewro li ħallset l-MTA ħarġu mill-fondi ta’ min iħallas it-taxxa, u għalhekk in- nies għandhom dritt ikunu jafu it-taxxi tagħhom kif qed jonfoqhom il-gvern, l-MTA din l-informazzjoni baqgħet taħbiha. F’dan il-perijodu ta’ tlett snin, il-parti l-kbira minnhom iddominati mill-pandemija, jingħad li ġew allokati l-fondi lil mitejn u żewġ event. 

The Shift għamlet sejħa għall-investigazzjoni u saħqet li l-gvern, informazzjoni bħal din ma jistax jaħbiha, speċjalment jekk l-istandards tat-trasparenza u l-kontabilità huwa kommess għalihom. Il-Kummissarju tad-Data, din it-talba qabel magħha parzjalment, u lill-MTA ordnalha tagħti d-dettalji ta’ kull event li sponsorjat, mingħajr ma tikxef l-ammont preċiż li ħallset mill-fondi pubbliċi.

Imma l-MTA din id-deċiżjoni tal-Kummissarju tad-Data xorta mhux qed tobdiha, u permezz ta’ Ryan Pace – imħallas hu wkoll mill-fondi pubbliċi –  qed tinsisti li din id-deċiżjoni ma tibqax tgħodd. 

Din it-talba għall-informazzjoni dwar il-mod kif l-MTA, il-fondi pubbliċi qed tużahom, għamlitha The Shift wara li dan il-portal tal-aħbarijiet żvela diversi każi kif fl-2017 u fl-2018, l-MTA berbqet il-miljuni ta’ Ewro. 

Il-kontijiet tal-MTA investigahom il-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi, u ġie żvelat li l-organizzaturi tal-parties u l-kumpanniji b’konnessjonijiet mill-viċin mal-gvern Laburista, kienu qed jingħataw mijiet ta’ eluf ta’ Ewro biex jorganizzaw il-parties, speċjalment fis-sajf, għal taparsi biex lit-turisti jattirawhom lejn Malta: imma f’dan iż-żmien tas-sajf Malta xorta jkollna ħafna turisti. 

The Shift kienet żvelat li kienu qed jingħataw il-miljuni ta’ Ewro mill-fondi pubbliċi lill-grupp żgħir ta’ organizzaturi: lil Gerald Debono (magħruf bħala Gerry), lil Trevor Camilleri, lil Nicholas Spiteri u lil Edward Zammit Tabona tal-Fortina, li kien qed jaħdem bl-isem 365 Entertainment Group u kumpanniji oħra msieħba.

Kien hemm benefiċjarju kbir ieħor, l-NNG Promotions: fiha kien hemm Nigel Camilleri, Jonastin Zammit u l-ex kap tal-PBS Anton Attard: dawn kollha kienu qed jirċievu sponsorships kbar, inkluż il-kunċert annwali tat-tenur Joseph Calleja, imniedi mill-gvern. 

Kien ġie żvelat ukoll li l-parti l-kbira ta’ dawn l-isponsorships kienu qed isiru permezz ta’ Lionel Gerada, il-Head of Events tal-MTA. Dan kien impostur ikkundannat u ‘person of trust’ tal-ex Ministru diżonorat Konrad Mizzi, u kienu tawh post ta’ kap fl-MTA.

The Shift kienet irrappurtat li f’sena waħda biss, l-infiq tal-MTA għall-isponsorships kien tela’ minn żewġ miljun Ewro għal sitt miljun Ewro. 

The Shift għandha informazzjoni li fit-tliet snin li għaddew, il-parti l-kbira ta’ dawn l-organizzaturi tal-events ibbenefikaw ukoll minn eluf kbar oħra ta’ Ewro, u diġà ‘kkapparraw’ ammonti kbar ta’ fondi pubbliċi fi sponsorships għal events varji li se jsiru dis-sena.

Imma s’issa, l-MTA għadha qed tinsisti illi lill-pubbliku mhux se tinfurmah  dawn il-fondi kif qed tamministrahom. 

U bis-saħħa tal-Avukati BCGL The Shift se tagħmel is-sottomissjonijiet tagħha lit-Tribunal tal-Appelli kontra din l-isfida legali li qed jagħmel il-gvern.

Sign up to our newsletter

Stay in the know

Get special updates directly in your inbox
Don't worry we do not spam
Subscribe
Notify of
guest

1 Comment
Oldest
Newest Most Voted
Inline Feedbacks
View all comments
Donald Bezzina
Donald Bezzina
2 years ago

State sponsored backhanded contracts to the friends and friends of friends from OUR money. These people have no shame and are clutching to legalistic straws of commercial sensitivity. The People’s money got misused here. Wake up Commissioner of Police.

Related Stories

L-avukati difensuri ta’ Muscat kienu fost il-mistednin il-Barbados
Read in English. The Shift hu infurmat li Etienne
Il-‘mentor’ jirdoppjalu l-paga lil Luke Dalli
Read in English. Iċ-Chairman tal-Kunsill Malti għall-Arti, Albert Marshall,

Our Awards and Media Partners

Award logo Award logo Award logo